• Facebook
  • LinkedIn
  • Twitter

maltawinds.comLogo

The Economy's Voice

Menu

Skip to content
  • Home
  • About
  • Local News
  • International News
  • Opinion
  • Demia on Sundays
  • Demeter
  • Business
  • Satire on Sunday
  • UK: Coroner calls for tougher air pollution limits after death of nine-year-old girl
  • Tax policy: EU solutions to prevent tax fraud and avoidance

Bernard il-Grieg ikompli jżid fl-‘entertainment value’

Posted by Vento on 1st November 2020 in Satire on Sunday

Ritratt: Pittura ta’ Bernard Grech waqt l-Assedju l-Kbir ta’ Malta

Donnu bħal qisu mhux biżżejjed għal Bernard Grech il-gaffe li għamel qabel ma tela’ Kap tal-PeNe, gaffe li żgur ser tibqa’ magħrufa fl-annali tal-istorja bħala ‘tal-grieg’. Donnu ħalef li f’dawn is-sentejn (jew kemm iħallieh Delia tal-Arriva) li għandu fit-tmun tal-psewdo-PeNe irid jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aktar kapijiet li kellu ‘entertainment value’ mill-Indipendenza l’hawn.

L-aħħar għ*xx*ta li faqqalna l-Grieg kienet waqt seduta parlamentari fejn fiha suppost għamel id-diskors tal-baġit, li issa anke ammetta li kien diskors li ġie miktub minn xi ruħ oħra ta’ qalb tajba. Imma apparti, għax dan nafu li mhux kulħadd jinqala’ biex iħarbex xi erba’ kelmiet. Aħna tad-dipartiment tas-satira ta’ dan il-portal konna fuq ix-xwiek ħa naraw il-Grieg biex ħiereġ, imma biex inkunu għidna kollox, iktar qattajna ħin nogħnosu u nagħtu bir-ras quddiem l-iscreen milli ħadna sustanza ta’ x’qed jgħid Bernard.

Ma tlumniex ta’! Wara ġurnata bil-kukki, tkisser moħħok kif ser tiddeverti lill-qarrejja ta’ dan il-portal, lil Bernard kien jonqos, bid-diskors fjakk, bombastiku u bla sugu li għamel, SAKEMM u l-aħwa dan kien mument storiku… irregalana bil-paprata tal-ġimgħa! Qalilna Bernard li hu ‘jiftakar’ l-Assedju ta’ 500 mit sena ilu. S’hawn kollox sew. Aħna lesti li ntuh il-benefiċċju tad-dubju – dejjem jista’ jkun li dan Bernard huwa mmortali, taf int, bħal ‘Highlander’ u wieħed  m’għandux għalfejn jitmejjel, għax kif jemmen li qegħdin fhiex qegħdin tort ta’ mara, serp u tuffieħa, hekk ukoll jista’ jkun li dawn affarijiet li ġraw.

Id-diskrepanza li nsibu aħna tad-dipartiment tas-satira, mhux jekk Bernie jiftakarx l-Assedju, aħna dejjem lesti bħala ġurnalisti bil-bajd, li nkunu mparzjali u nassumu li dak li jkun (anke jekk politikant) qed jgħid il-verita u xejn iżjed mill-verita, iżda nsibu diffikulta kbira nirrikonċiljaw il-fatt ta’ x’kien qed jagħmel Bernie, bħala GRIEG, f’nofs assedju bejn Maltin, Kavallieri (li qatt ma kellhom magħhom Griegi) u t-Torok. Hawnhekk nibdew nsaqsu l-mistoqsijiet. Mhux forsi ried jgħid li kien Tork flok Grieg l-aħħar darba, hux? Mhux forsi ħa żball ta’ pulzier fuq il-mappa bejn il-Greċja u t-Turkija?

Imma, issa jekk Bernie kienx qed jigdeb jew le nħalluh għal ġudizzju tagħkom, pero’ aħna aktar naħsbu li hemm xi ħaġa tinten fil-PeNe, xi misteru sopranaturali li jġiegħel lil xi wħud fil-partit jew a) jibdew jalluċinaw jew b) jibdew jemmnu l-gideb li jigdbu. Din qed nassumu li hija tradizzjoni antika fil-PeNe li mid-dehra tibqa’ tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra. Jew hekk jew inkella hemm xi ħaġa fl-ilma tad-Dar Ċentrali!

Tiftakru lil Eddie jgħidilna li jaf min qatel lil Karen Grech u ser jgħidilna hekk kif jitla’ fil-gvern? Tiftakru lill-istess Eddie jivvinta l-ħrafa lejlet elezzjoni li Alfred Sant żamm lil ibnu milli jidħol l-Universita? Tiftakru lil Simon Busuttil iniżżel lin-nies fit-toroq għax ‘hu jaf’ ta’ min hi l-Egrant? Aktar riċenti kellna l-Adrian Delia jiftakar l-Indipendenza meta hu kien għadu lanqas biss twieled. Kellna wkoll lil Beatu Jason Azzopardi li fost il-ħafna immaġinazzjonijiet li għandu darba ħalef li qatt, qatt u qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech, sakemm omm l-istess Fenech ppubblikat ritratt ta’ Azzopardi jiżżabel fit-tieġ ta’ binha. Huwa diffiċli li nelenkaw il-fantasiji kollha li ħarġu bihom l-esponenti tal-PeNe matul is-snin u għalhekk nitolbu lill-qarrejja tagħna li jekk jiftakru f’iżjed minn dawn l-għ*xx*ti jibagħtuhomna fuq kartolina mill-aktar fis.

Sadanittant, nibqgħu nistennew bil-ħerqa l-patata li jmiss joħroġ biha Bernard il-Grieg… nassiguraw lill-qarrejja tagħna, li bil-frekwenza li joħroġ bihom Bernie mhux ser inħallukom tistennew bosta…

Avviż: Nitolbu li dawk il-qarrejja li jħossu li jistgħu jiġu offiżi u/jew konfużi b’din is-satira huma mitluba biex idawwru l-paġna minnufih…

Posted in Satire on Sunday | Tagged Bernard Grech, PN, satire

About the Author

Avatar

Vento

Related Posts

France’s satirical weekly Charlie Hebdo sparks fury with cartoon of Turkey’s President Erdogan in underpants→

Muslim world calls for boycott of French products after Macron backs Mohammed cartoons→

‘Jien? Jien ma nbdiltx’ – jinsisti l-virus tal-Covid-19→

Il-Ministeru tal-Kultura iniedi ‘Miss Hate Malta’, konkors internazzjonali tas-sbuħija – Roberta Metsola il-favorita tal-Bulgari→

advertisement
  • Posts
  • Comments
  • Tag Cloud
  • UK: Coroner calls for tougher air pollution limits after death of nine-year-old girl

    21st April 2021 / Vento
  • Tax policy: EU solutions to prevent tax fraud and avoidance

    21st April 2021 / Vento
  • Moviment Graffitti and Qala Local Council file appeal against Qala development after strong public response to call for donations

    21st April 2021 / Vento
  • Assistance for victims of sexual violence

    21st April 2021 / Vento
  • Plans for new football Super League collapse as all 6 English clubs pull out

    21st April 2021 / Vento
  • Avatar
    Joseph Tabone on In his final days as POTUS, Trump…Trump will be voted out…
  • Avatar
    Joseph Tabone on Moviment Graffitti in strong opposition to outrageous…Why the objections? If the…
  • Avatar
    Joseph Gatt on The government is committed to supporting Malta’s…Both the Business Start (B…
  • Avatar
    Hindi Lyrics on Nurse death toll from COVID-19 hits the…I have been looking for…
  • Avatar
    Mehfooz Roy on US Presidential Elections: Biden leads polls in…You really think sleepy Joe…
aviation banking Bitcoin blockchain Boris Johnson BOV brexit business China climate change COVID-19 cryptocurrency Donald Trump ECB economy Education environment EU euro area Europe European Commission European Parliament European Union Eurostat eurozone France Germany Government Infrastructure Malta investment Italy lockdown Malta maritime pandemic politics recovery restrictions Russia technology travel UK United States vaccine WHO

News Calendar

November 2020
M T W T F S S
 1
2345678
9101112131415
16171819202122
23242526272829
30  
« Oct   Dec »
Footer logo
  • Facebook
  • LinkedIn
  • Twitter
 




 
 
 

Copyright © 2016 MaltaWinds.com

Menu

  • About
  • Home