• Facebook
  • LinkedIn
  • Twitter

maltawinds.comLogo

The Economy's Voice

Menu

Skip to content
  • Home
  • About
  • Local News
  • International News
  • Opinion
  • Demia on Sundays
  • Demeter
  • Business
  • Satire on Sunday
  • Where is the balance between lives and livelihoods? – ACE
  • A pilot project will be launched to help identify cases of hearing loss

Il-Guggu w l-LGBTIQ

Posted by Lalu on 23rd June 2019 in Lalu

Rega’ sebah il-Hadd filghodu.  Edgar il-Guggu tkaxkar minn gos-sodda w ntasab bilwieqfa quddiem il-mera.  Kien car daqs il-kristall li huwa kien ragel.  U ragel ta’ veru armat sewwa b’kollox.  Tbissem lejn ir-riflessjoni tieghu, libes u erhielha lejn il-kazin. 

Dahal u ntasab magenb shabu.  Pietru l-Kucci beda jitbissem meta rah b’dahka li kienet tifrex minn widna sal-widna l-ohra w staqsih, ‘X’int ferhan Gugg dalghodu!  Xi gralek?’  ‘UUUUU!’ qallu l-Guggu bid-dahka tfawwar fi kliemu, ‘ma smajtux dwar dak ir-rapport tal-vatikan fuq kif twelidna rgiel u nisa?  Rapport li hawwad l-irjus.’  Wenzu z-Zaza kemmex ix-xaghar t’ghajnejh u b’ton mistaghageb lissen, ‘Le, jien ma smajt xejn.  X’gara mela?’

Il-Gugga berraq ghajnejh kif soltu jaghmel qabel ma jibda’ xi elogju mimli gherf minn tieghu w spjegalhom, ‘Ara, il-vatikan riedu jfehmu li ahna mahluqin jew irgiel jew nisa.  Dan ir-rapport sar minhabba dat-tgerfix tal-LQBTIQ.  Ghax issa ghandek kwazi l-alfabett kollu minn fejn taghzel x’int u x’mintix.  Araw jien.  Jien kapjun majestuz ta’ tip R.’  ‘U dan R x’ikun?’ staqsih il-Kucci mistaghageb.  ‘Eeee, R tfisser RAGEL.  Jien kampjun ezemplari ta’ ragel’, spejgalu l-Guggu.

Wenzu z-Zaza qarras ftit wiccu w gemgemlu, ‘Int kollox twaqqa’ ghaz-zufjett.  Qiesna qatt ma smajna bl-LGBTIQ.  Dal-gvern tieghek qazzizna jghid bihom.  Sahansitra ried jaghmillhom sticker!’  Il-Guggu aktar beda’ jidhak u malajr irrispondih, ‘Zaz, sewwa qed tghid tafx.  Mindu nbidel il-gvern tghidx kemm smajna bl-LGBTIQ.  Ara ha nghidlek.  Mela L huma l-Laghqin Nazzjonalisti biex jibqghu jerdghu fi gvern Laburista.  G huma l-Gakbini Nazzjonalisti li taparsi saru Labour.  Il-B huma l-Bhahen Nazzjonalisti li vvutaw biex tellghu lil Delia Kap tal-partit.  T huma t-Tradituri Terinisti Nazzjonalisti li issa daru kontra l-kap taghhom stess.  L-ittra I huma nazzjonalisti Indannati li ghadhom ma accettawx it-tkaxkiriet li kaxkarhom Joseph il-Kbir taghna.  Q huma n-nazzjonalisti Qhab li jitqahhbu ma’ kull gvern basta li jibqghu jimlew bwiethom.’

Il-Guggu beda’ jidhak kemm jiflah.  Iz-Zaza sar ahmar nar u teghletlu balla demm go grizmejh.  Il-Kucci kien ghadu qed jpprova jifhem x’kienet tfisser LGBTIQ.

Posted in Lalu | Tagged Malta

About the Author

Avatar

Lalu

Related Posts

An estimated €2.8 million in European funds for Malta for the implementation of policy reforms and capacity building→

Direct Fast Ferry service between Mġarr, Gozo and Valletta→

Cheaper bills and €9 million for Maltese and Gozitan families→

The Central Bank of Malta will be participating in residential leases project→

advertisement
  • Posts
  • Comments
  • Tag Cloud
  • Where is the balance between lives and livelihoods? – ACE

    4th March 2021 / Reuben Buttigieg - President of ACE
  • A pilot project will be launched to help identify cases of hearing loss

    4th March 2021 / Vento
  • Germany: AfD under state surveillance, suspected of cultivating racist links

    4th March 2021 / Vento
  • Central Bank of Malta webinar to tackle digital transformation

    4th March 2021 / Vento
  • An agreement between IFE and MCAST further strengthens the teaching of vocational subjects

    4th March 2021 / Vento
  • Avatar
    Joseph Tabone on In his final days as POTUS, Trump…Trump will be voted out…
  • Avatar
    Joseph Tabone on Moviment Graffitti in strong opposition to outrageous…Why the objections? If the…
  • Avatar
    Joseph Gatt on The government is committed to supporting Malta’s…Both the Business Start (B…
  • Avatar
    Hindi Lyrics on Nurse death toll from COVID-19 hits the…I have been looking for…
  • Avatar
    Mehfooz Roy on US Presidential Elections: Biden leads polls in…You really think sleepy Joe…
aviation banking Bitcoin blockchain Boris Johnson BOV brexit business China climate change COVID-19 cryptocurrency Donald Trump ECB economy Education environment EU euro area Europe European Commission European Parliament European Union Eurostat eurozone France Germany Government Infrastructure Malta investment Italy lockdown Malta maritime pandemic politics recovery restrictions technology travel UK United States US vaccine WHO

News Calendar

June 2019
M T W T F S S
 12
3456789
10111213141516
17181920212223
24252627282930
« May   Jul »
Footer logo
  • Facebook
  • LinkedIn
  • Twitter
 




 
 
 

Copyright © 2016 MaltaWinds.com

Menu

  • About
  • Home