Il-Hadd filghodu rega’ sebah. Edgar il-Guggu beda’ jgerger malli fetah ghajnejh. Kien ilu jisma’ tlett ijiem dwar il-President il-gdid. Il-pecluqa li tghix fid-dar ta’ warajh, li tigi bitha ma’ bitha mieghu, kienet xi kugina mill-boghod tat-Tabib Gorg Vella w kienet qazzitu tghajjat fil-bitha dwar kemm ihobbha w jirrispettha. Barraminhekk it-televixin kien miftuh full blast kull meta jkun hemm xi rapportagg dwar il-President il-gdid!
Telaq jigri ‘l barra w erhilha lejn il-kazin. Malli ntefa’ fuq il-mejda hdejn shabu, dawk l-imberkin kienu qed jghidu fuq il-President ukoll. Il-Guggu beda’ jonfoh. Pietru l-Kucci rah jinnervja w staqsieh, ‘Haw’ Gugg xbin. Xi gralek dalghodu? X’jidhirlek mill-President il-gdid?’ Il-Guggu qarras wiccu w gemgem, ‘Insomma, ma tantx huwa gdid bil-polixx. L-unika haga li ghandu tleqq hija l-qargha. Imma, ha nghidilkom, ragel rari dak fil-politika.’ ‘Rari ghaliex?’ staqsa l-Kucci. ‘Eeeee, dak rari ghax onest’, spjegalu l-Guggu, ‘u ghalhekk ihobbuh in-nies.’ Wenzu z-Zaza beda’ jidhak u staqsieh, ‘Allura rajtha c-cerimonja?’
‘Iva, rajt xi haga. Nahseb li gew l-aljeni mill-ispazju w inkaljaw l-UFO go ras Michelle. Dik x’imniefah deffset go rasha? Xi kruha!’, beda’ jghajjat il-Guggu, ‘u biex tghaxxaq ghamlulha xagharha qiesu pom pom fin-nofs tal-UFO. Xi kruha!’ Il-Kucci tant dahak li hargulu d-dmugh u qalilhom, ‘ha nghidilkom, lanqas lili m’ghogob dak li deffset go rasha. Jien hsibt li garawlha bummerang tal-aborigini tal-Ustralja.’
Iz-Zaza hataf l-okkazzjoni w kompla jaghti n-nar, ‘Kif bzarna hux, wiehed laburist sar President!’ Il-Guggu berraq ghajnejh ghax xamm li kienet gejja xi parolata taz-Zaza w fil-pront hatfu, ‘In-Nazzjonalisti mhux dejjem President Nazzjonalist poggew jew?’ Iz-Zaza qam bilwieqfa w beda’ jsabbat fuq il-mejda, ‘Kemm tinsa fejn trid. Mela Gorg Abela mhux Laburist kien?’ Il-Guggu baqa’ bilqieghda w b’ton ta’ kuljunajr qallu, ‘U int min fejn gibtha li Abela huwa Laburist? Taf x’naf inghid? Li Eddie Fenech Adami kien l-akbar hanzir li qatt rajt. Kellu l-wicc li jaghmel lilu nnifsu President. Ahjar taghlaq halqek Zaz.’
Il-Guggu qam u telaq ‘l barra.