It-traffiku f’pajjizna

It-Traffiku huwa realta’ f’pajjizna w anki f’kull pajjiz iehor. Il-Ministru Dr Ian Borg gie fdat mill-Gvern Laburista biex jiehu f’idejh ir-riedni tat-trasport u tal-ippjanar.  U mhux ghalxejn intghazel Dr Ian Borg ghal dan ix-xoghol impenjattiv.  Intghazel ghax huwa bniedem li ghandu vizjoni w li ghandu wkoll id-determiniazzjoni li jilhaq l-ghan fejn pajjizna jkollu s-sistema tat-trasport li hemm bzonn biex iwiezen l-izvilupp ekonomiku li qed jibker b’rata konsistenti.

Is-sistema tat-toroq f’pajjizna kienet baqghet iffrizata ghal hamsa w ghoxrin sena taht Gvern Nazzjonalista.  F’dan il-perjodu sar biss trangar ta’ toroq li kienu diga ezistenti, bl-eccezzjoni tal-Mini ta’ Santa Venera li kien progett gdid.  U tali trangar sarraf sabiex it-toroq djiequ bhal f’Imdina Road H’Attard, Qormi Road Luqa, il-Marfa, Mgarr, Burmarrad u Buqana.  Ghaldaqstant, Gvern Laburista sab soluzzjoni ghal sistema ta’ transport li kellna w li kienet mahsuba biex tilqa’ t-traffiku ta’ tletin sena ilu.

X’differenza mill-volumi tat-traffiku li ghandna llum!

Sa mill-bidu, Gvern Laburista identifika nkrocji kritici fis-sistema tat-toroq u gie mibni l-pont tal-Kappara fi Triq Regjonali.  Thejjew id-dizinji ghall-inkrocju tal-Marsa w bhalissa ghaddejjin ix-xogholijiet.  Thejjew id-dizinji tas-Central Link li huwa l-progett ntiz li jindirizza l-kongestjoni tat-traffiku fl-inhawi ta’ H’Attard, liema xogholijiet ser jinbdew fix-xhur li gejjin.

Ix-xoghol ghaddej b’determinazzjoni w konsistenza.

Izda mhux biss qed jiffoka fuq il-progetti kbar.  Hemm kontinwament ghaddejjin ukoll progetti li jindirizzaw kongestjonijiet tat-traffiku lokalizatti.  Ghadu kif tlesta x-xoghol fi Triq Tal-Barrani fl-inkrocju lejn il-Gudja.  Hawnhekk giet mizjuda karreggjata ohra biex it-traffiku lejn il-Gudja jkollu l-vija tieghu.  Mill-Gudja gew imfassla l-korsija mill-gdid sabiex it-traffiku lejn il-belt jibqa miexi.  Beda x-xoghol fi Triq l-Imdina Haz-Zebbug mir-Roundabout ta’ De Rohan sar-roundabout tad-Dorotej.  Hawnhekk giet mizjuda karreggjata fid-direzzjoni lejn il-Belt sabiex tindirizza l-volum ta’ karozza li juzaw din it-triq specjalment fil-hinijiet ta’ filghodu w wara nofs in-nhar.  Barraminhekk, gew trangati wkoll ir-roundabouts sabiex ilahhqu aktar mat-traffiku li jiehdu fihom.  U hemm xogholijiet ohra ta’ fejda ghat-traffiku li gew imhejjija w li x-xoghol fuqhom ser jibda fil-gimghat li gejjin.

Fl-isfond ta’ dan ix-xoghol infrastrutturali, il-Ministru Dr Ian Borg jaghraf u apprezza l-importanza li nipprovdu wkoll facilitajiet ghac-ciklisti li jizguraw is-sahha w sigurta’ ghalihom meta dawn juzaw it-toroq.  Il-progett tas-Central Link huwa mghammar bil-facilitajiet ghac-ciklisti, liema facilitajiet gew dizinjati w mhejjija minn Infrastructure Malta flimkien mal-ghaqdiet tac-ciklisti u b’hekk, ghall-ewwel darba, ser ikollna Central Link Network bl-infrastruttura ntiza ghac-ciklisti.  Ix-xogholijiet il ghaddejjin fi Triq l-Imdina wkoll ghandhom mizuri ghac-ciklisti li gew disinjati flimkien mac-ciklisti stess w dan juri l-impenn tal-Ministru Dr Ian Borg lejn dan is-settur. 

Il-Ministru Dr Ian Borg qed juri l-kapacitajiet tieghu li jmexxi settur mill-aktar iebsin w li jesigi decizjonijiet f’waqthom anki meta tali decizjonijiet huma difficli jew kontroversjali.  Ix-xoghol hemm bzonn li jsir ghax inkella pajjizna mhux ser ikun f’posizzjoni li jkompli jikber ekonomikament fl-isfond tal-investimenti kbar li qed jaghmel il-gvern biex pajjzna jkun fost l-aqwa fl-Ewropa.

Ghax Malta l-ewwel u qabel kollox!  Dejjem.