Author Archives: Dione Borg

Daħal fil-PN bħala attivist fl-MŻPN fl-1980 u serva fl-Eżekuttiv tal-MŻPN. Ilu ġurnalist mal- Istamperija Indipendenza u ma' media.link għal 25 sena; perjodu limatulhom ipproduċa stejjer investigattivi fuq każi kriminali u politiċi. Bħalissa jokkupa l-kariga ta' Editur Parlamentari. Ippubblika l-ktieb 'Libertà Mhedda' li ffoka fuq il-perjodu turbulenti tat-tmenijiet. Fuq NET TV ipproduċa s-sensiela ta' dokumentarji politċi Storja ta' Poplu u dokumentarji oħra dwar politċi u dwar l-istorja politika tal-pajjiż.
Fost numru ta' programmi televiżivi, ipproduċa l-programm investigattiv fuq kriminalità mhux solvuta 'Evidenza' u l-programm dwar wirt storiku ' Skoperti'. Fil-karriera ġurnalistika tiegħu ħadem fuq stejjer oħra ta natura soċjali, drittijiet tal-annimali, djar, saħħa u poltika. Kien fuq quddiem biex bħala ġurnalist jikteb dwar l-klima politika f'diversi perjodi.