Għadna kif irċevejna aħbar fenominali li tgħid li l-Aġent pubbliċitarju għall-Erba’ Żwiemel ta’ l-Apokalissi ħabbar l-ewwel Tour Dinji tagħhom mill-1939 l’hawn wara li kien maħsub li l-grupp kien sfaxxa għal kollox fl-1945.
“Kburi ħafna ngħidilkom li l-iktar grupp li qatt għamel ħoss fid-dinja, jinsab lura, armat sa snienu biex jerggħa jibda jġennen lil kulħadd, did-darba b’aktar tempesti, pestilenza u għargħar. Xi ġgajta ġurati l’hemm u l’hawn, ma tonqosx”
Wara xi suċċessi solo, inkluż tour ‘jaħraq’ nar fl-Awstralja u dehriet ‘esplussivi’ fil-Lvant Nofsani, biex ma nsemmux is-suċċessi eċċellenti ġewwa l-Afrika, l-Erba’ Żwiemel iddeċidew li reġgħa wasal iż-żmien li jingħaqdu flimkien.
L-ewwel leg tal-mawra tagħhom fiċ-Ċina inżammet sigrieta wara l-intervent tal-gvern Ċiniz, madankollu huma xorta rnexxielhom jippossedu l-qlub u l-pulmuni ta’ ħafna u ħafna nies li bosta qed jinsistu li dawn oriġinarjament kienu ammiraturi ta’ Ozzy Osbourne, magħruf aħjar bħala awtorita tan-nutrizzjoni, speċjalment fejn jidħlu speċi eżotiċi bħal friefet il-lejl. Bħalissa ż-Żwiemel għadhom kif nedew il-leg Ewropew ta’ dan it-tour meraviljuż taghhom, bi pjanijiet li ser ibellħu l-Istati Uniti fil-ġimgħat li ġejjin.
“Iż-Żwiemel qed jistennew bil-ħerqa l-mawra tagħhom fl-Amerika u offrew li jagħmlu dehra bla ħlas f’Washington f’isem il-miljuni ta’ Amerikani li diġà jafu x’inhi tbatija.”
Mistoqsi mill-Kamra ta’ l-Aħbarijiet tagħna dwar jekk iż-Żwiemel hux lesti biex iżuru pajjiżna, l-Aġent qalilna, “Ohhhhh! Jiġu zgur! Għadu mhux konfermat meta, iżda nixtieq nfakkar li peress li l-Lidl huwa wiehed mill-isponsors ewlenin taż-Żwiemel, u f’Malta qalulna li dan ta’ l-aħħar għandu ħafna klijenti baħbuħa li qed jagħmlulu profitti kbar b’xiri bil-grossa mill-istabilimenti tiegħu, jkun tan-nejk jekk lil dawn l-eluf li tant emmnu fil-prodotti tal-Lidl, ma jiġux ippremjati b’xi mod.
“Anzi ż-Żwiemel huma konvinti li l-ewwel mawra tagħhom fil-pajjiż, ser tkun f’xi wieħed minn dawn l-istabbilimenti mxerrdin ma’ Malta, fejn ir-rassa hija kbira u l-udjenza kemmxejn baħnana,” temm l-Aġent taż-Żwiemel ta’ l-Apokalissi.
source: newsbiscuit.com