• Facebook
  • LinkedIn
  • Twitter

maltawinds.comLogo

The Economy's Voice

Menu

Skip to content
  • Home
  • About
  • Local News
  • International News
  • Opinion
  • Demia on Sundays
  • Demeter
  • Business
  • Satire on Sunday
  • Donald Trump on brink of impeachment as House panel votes to approve charges
  • Chris Fearne’s top priorities: fighting poverty, housing and better governance

Konrad Mizzi, il-qaddis protettur tad-‘double glazing’

Posted by Vento on 13th October 2019 in Satire on Sunday

Ghall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjizna, il-Gvern Malti ha jaghti kumpens lic-cittadini li sofrew minn x’ inkonvenjent li nholoq minhabba progetti storici li saru fl-inhawi tar-residenzi ta’ dawn l-istess cittadini. F’mossa li hafna qed isostnu li hi bla precedent, ix-xahar l’ghadda l-Ministru Konrad Mizzi ddikkjara li r-residenti ta’ Birzebbuga ha jkunu jistghu jibbenefikaw minn skema fejn fiha jistghu jaghmlu id-‘double glazing’ fir-residenzi taghhom, dan biex itaffi mill-istorbju ta’ krejnijiet itambru lejl u nhar mill-Freeport, u li ilu johloq inkonvenjent ghal dawn l-ahhar 25 sena.

Fi stharrig li ghamilna fost ir-residenti milqutin, skoprejna li din l-inizjattiva ma gietx milqugha b’mod pozittiv mir-residenti kollha. Residenta li xtaqet tibqa’ anonima peress li “r-ragel jahdem l-Airmalta” qaltilna li ma tantx hi kuntenta b’dan l-izvilupp, “Issa bid-‘double glazing’ mhux xorta zejt fil-bazwa? X’se naghmlu? Noqghodu bit-twieqi maghluqin fis-Sajf biex ma nisimghux hsejjes? La zzattat il-Ministru biex jaghlaqna gewwa, missu johrog skema biex naghmlu kullimkien ‘air-conditioned’, hux? U waqt li jkun hemm, jekk veru jrid jegevola r-residenti ta’ Birzebbuga, messu wkoll jtina sussudju qawwi fuq id-dawl. Taf int, ‘air-conditioner’ jtella’ l-kontijiet m’oghla sema.”

Sadanittant, diceriji li waslu fl-inewsroom taghna jghidu li f’bosta nhawi madwar Malta qed jithejjew dimostrazzjonijiet kbar bi protesta ghal din l-inizjattiva “bla precedent”. Bosta anzjani li ltqajna maghhom fi Pjazza Gavino Gulia, maghrufa ahjar bhala s-suq ta’ Bormla, taht id-dell tal-monument tal-Perit Mintoff, gergru li “ghamilna ghexieren ta’ snin nsofru kull inkonvenjent ahna, sandblasting mid-dockyard, storbju tal-vapuri… Hadd qatt ma kkumpensana, jmisshom jisthu!” Anzjan ta’ madwar 80 sena qalilna, “Ahna dejjem minn taht mal-gvern tal-labour, meta jiftillu l-partit jiftakar li Bormla fortizza laburista. Ghalkemm issa bit-‘Taghna Lkoll’ ma tistax tghid fejn qeghdin il-fortizzi tal-Partit.”

Dan is-sentiment kien maqsum ukoll min-nies tal-Birgu li ghadhom jhossu n-nuqqas li kemm ilu li twaqqfet il-‘yacht marina’ ma jistghux jaghmlu ‘barbecues’ ix-xatt. Girbija mfantsta bl-agir tal-Ministru Mizzi qaltilna, “Naghmlu protesta kbira l-Belt, mhux kulhadd gej u sejjer hemm, jipprotesta jew ghal haga jew ghal ohra? Ahna haqqna kumpens ikbar minn ta’ Birzebbuga. Dawk ilhom 25 sena biss isofru, ahna hawn isfel kull k**z li jkun hawn nibilghuh ahna!”

Lil hinn mill-inhawi tal-port, sorsi qrib xi kunsillieri mill-lokalita tax-Xghajra nfurmawna li r-residenti ta’ dan il-villagg ukoll qed isostnu li haqqhom kumpens bhar-residenti ta’ Birzebbuga. Is-sorsi taghna qalulna li, “Tafu x’igifieri li ma tistax tiehu nifs gurnata wara l-ohra, bl-intejjen gejjin il-hin kollu mill-impjant tad-drenagg Ta’ Barkat? Konrad missu tah lilna d-‘double glazing’ jew ta’ l-inqas jaghmel skema biex kull residenza fil-vicin ikollha provista ta’ ‘air freshener’ b’xejn tul is-sena kollha. Mhux sew li ahna r-residenti jkollna nxommu il-h**a tal-pajjiz kollu, lejl u nhar.”

Fil-pjazza tal-knisja ta’ Hal-Luqa, tkellimna ma residenti Luqin li stqarrew li l-istorbju kontinwu mhux xi haga gdida ghal dan ir-rahal. “Mela ma jafx Konrad li l-istorbju ta’ l-ajruport ilna nsofruh minn zmien il-gwerra. It-trawma li tkun fl-aqwa nghasa u xi dimonju ghaddej minn fuq rasek jqabbzek minn gos-sodda, m’hemmx kumpens ghaliha. Mhux wiehed u tnejn baqghu itemtmu waqt li kien niezel il-Concorde xi 25 sena ilu. Venven kull m’hawn u ahna bqajna b’xiber imnieher. U xi nghidu ghal meta gew Gorbachev u Bush, u nizel l-Antanov, hanzir t’ajruplan fih daqs blokka bini? Qisu terremot qawwi – ghad ghandi l-konsenturi fil-hajt tal-kcina xhieda ta’ dan,” qalilna resident ta’ Hal Luqa b’dispjacir.

Residenti f’Bahar ic-Caghaq ukoll dehru rrabjati ghal dan l-izvilupp. Anzjana li ilha toqghod fl-inhawi ghal dawn l-ahhar 30 sena tbaqbqet, “Ghamilna snin shah nghixu f’riha ta’ bajd iebes taqsam. Lanqas tilhaq tfegg minn tieqa li ma tifqax l-istonku tieghek. Tant hu hekk li llum sirt allergika ghal bajd mgholli u malli nxomm r-riha tieghu jaqbadni tkexkix kbir u taqligh qawwi. Hadd ma haseb fuq id-dwejjaq li qed nghixu kull gurnata li tghaddi. Illum m’ghadx hawn irwejjah, imma l-Ministru missu johrog kumpens b’lura. Safrattant, hadd mhu ahjar minn hadd, jekk ghandna surplus dan suppost ghal kulhadd. Ma nafx ghaliex ta’ Birzebbuga preferuti, x’kull wahda!”

U ezatt bhal tat-Taxi Mary bqajna nduru l-irhula u bliet mxerrdin ma’ Malta, fejn jidher car li nkonvjenti c-cittadini Maltin sofrew kemm trid u kien rarissmu li dawn xi darba rcevew xi forma ta’ kumpens. Dan kollu jwassal ghal mistoqsija ovvja… Ghaliex il-Ministru Mizzi jippreferi jferrex lir-residenti ta’ Birzebbuga? U ghaliex issa?

Sadanittant, nitolbu lil qarrejja taghna joqghodu attenti ghal aktar aggornamenti dwar protesti imminenti jew skemi godda that l-inizjattiva ‘Ferrex u Ferrah’ imnedija mill-Ministeru ta’ l-eminenza tieghu Konrad Mizzi.

Posted in Satire on Sunday | Tagged Konrad Mizzi, satire

About the Author

Avatar

Vento

Related Posts

Chris Fearne as PM: The role of Police Commissioner would require a two-third Parliamentary majority, Konrad Mizzi will not be a assigned a Ministry→

Hero who held open door for female colleague believes he has solved gender equality→

The Vitals Global Healthcare criminal inquiry: Konrad Mizzi, Edward Scicluna and Chris Cardona in the line of fire→

Statement by Minister for Tourism Konrad Mizzi→

advertisement
  • Posts
  • Comments
  • Tag Cloud
  • Donald Trump on brink of impeachment as House panel votes to approve charges

    14th December 2019 / Vento
  • Chris Fearne’s top priorities: fighting poverty, housing and better governance

    14th December 2019 / Vento
  • Palumbo first in Europe for retrofitting ships to meet new pollution standards

    14th December 2019 / Vento
  • Minister Michael Farrugia attends the 5+5 Defence Ministerial meeting in Rome, Italy

    14th December 2019 / Vento
  • The aftermath: Boris Johnson calls for closure, healing and a ‘break from Brexit’

    14th December 2019 / Vento
  • Avatar
    Colette Sciberras on Minority Unions cannot take Industrial Action –…That's just great. So the…
  • Avatar
    Godfrey Leone Ganado on BOV rebuts maltawinds article entitled "BOV’s de-risking…I fully agree with the…
  • Avatar
    N Farrugia on BOV’s de-risking scheme paves the way for…Joseph Muscat thinks he is…
  • Avatar
    Doris Grima on BOV’s de-risking scheme paves the way for…Are BOV clients at risk…
  • Avatar
    Aggie on BOV’s de-risking scheme paves the way for…The fact that BOV charge…
banking Bitcoin blockchain Boris Johnson BOV brexit business China cryptocurrency currency Donald Trump ECB economy environment EU Euro euro area Europe European Commission European Parliament European Union Eurostat eurozone Facebook finance France Germany global economy Infrastructure Malta investment Italy Malta Malta Politics maritime market MFSA migrants politics Russia technology Theresa May UK United States US USA

News Calendar

October 2019
M T W T F S S
« Sep   Nov »
 123456
78910111213
14151617181920
21222324252627
28293031  
Footer logo
  • Facebook
  • LinkedIn
  • Twitter
 




 
 
 

Copyright © 2016 MaltaWinds.com

Menu

  • About
  • Home