Maltawinds tkellem ma numru kbir ta’ sewwieqa maqbudin fit-traffiku f’diversi nhawi tal-pajjiz. Hafna minnhom xtaqu jghaddu messaggi ta’ mhabba lil familji taghhom u jweghduhom li jippruvaw kull mezz possibbli biex jirritornaw lura id-dar, hafna minnhom xhur wara li telqu ghax-xoghol.
“Ara, dan ir-ritratt tat-tifla, Sherizanne. Ghidulha li l-mummy thobbha hafna,” qaltilna Amanda, wahda mis-sewwieqa maqbuda fit-traffiku fl-Imsida bid-dmugh f’ghajnejha. Amanda harget ghax-xoghol madwar sitt gimghat ilu u wara granet shah maqbuda fit-triq tac-cimiterju, regghet wehlet l-Imsida fi triqtha lejn ta’Xbiex.
“Dan infern li ghaddejjin minnu,” kompliet tghidilna Amanda, b’lehen miksur, “ghidli biss jekk is-Super 1 bediex l-iskeda tax-Xitwa u jekk bediex ‘Min Imissu’. Kont qed nistenna tant b’herqa!”
Sewwieqa ohra rrakkontawlna stejjer xokkanti li sehhew waqt li huma kienu mwahhlin fit-traffiku… Stejjer ta’ qsim il-qalb, shanat infernali, trabijiet u strobju. Izda sirna nafu ukoll bi stejjer ta’ kuragg li jimlew bit-tama lil dawk kollha li bhalissa ghaddejjin minn din it-trauma.
Marthese Camilleri mill-Hamrun u Josmar Brincat mis-Swieqi, li kienu mwahhla karozza ma karozza n-naha ta’ l-Iklin madwar hmistax ilu, irrakkuntawlna mill-karozzi taghhom, li wara attrazzjoni qawwija, iddikjaraw imhabba kbira ghal xulxin u iddecidew li jintrabtu fis-sagrament taz-zwieg. Marthese u Josmar stqarrew li d-data tat-tieg tiddependi fuq meta jirnexxilhom jaslu lura d-dar.
Sadanittant, sorsi infurmati qrib il-Ministru Ian Borg, stqarrew ma din il-website, li wara l-esperjenza li kellu l-Ministru bhala xufier tat-taxi fuq il-programm Xarabank, esperjenza li fi kliem il-Ministru stess xejn ma kienet felici, gie mahsub biex Insfrastruttura Malta b’kollaborazzjoni ma Trasport Malta, ihejju biex l-istess kif ingabu haddiema Torok ghal kostruzzjoni tal-Marsa Junction, jingiebu ukoll ‘kiosks’ tax-‘shish kebab’ biex jitpoggew kull mitt metru, f’toroq fejn it-traffiku hu l-aktar intens. Dan sabiex jakkomoda sewwieqa li jqattghu hinijiet twal minghajr ma jitrejjqu jew ibillu grizmejhom. Huwa mahsub ukoll li l-Cleansing and Maintenance Division tipprovdi ‘mobile toilets’ li ser jitpoggew biswit il-kiosks tal-kebabs, dejjem biex is-sewwieqa mwahhlin fit-traffiku madwar Malta jkollhom post dicenti fejn ‘jinqdew’ u jevitaw inkwiet ma sidien tal-ghelieqi tal-madwar.
Minn naha taghna ahna nweghdukom li nzommukom aggornati bl-andament tat-traffiku madwar il-pajjiz… Dejjem jekk b’xi miraklu jirnexxilna ninqalghu minn gos-serbut ta’ karozzi li hawn quddiemna, warajna, magenbna…