Il-Guggu u x’kellha go rasha Michelle Muscat

Il-Hadd filghodu rega’ sebah.  Edgar il-Guggu beda’ jgerger malli fetah ghajnejh.  Kien ilu jisma’ tlett ijiem dwar il-President il-gdid.  Il-pecluqa li tghix fid-dar ta’ warajh, li tigi bitha ma’ bitha mieghu, kienet xi kugina mill-boghod tat-Tabib Gorg Vella w kienet qazzitu tghajjat fil-bitha dwar kemm ihobbha w jirrispettha.  Barraminhekk it-televixin kien miftuh full blast kull meta jkun hemm xi rapportagg dwar il-President il-gdid!

Telaq jigri ‘l barra w erhilha lejn il-kazin.  Malli ntefa’ fuq il-mejda hdejn shabu, dawk l-imberkin kienu qed jghidu fuq il-President ukoll.  Il-Guggu beda’ jonfoh.  Pietru l-Kucci rah jinnervja w staqsieh, ‘Haw’ Gugg xbin.  Xi gralek dalghodu?   X’jidhirlek mill-President il-gdid?’  Il-Guggu qarras wiccu w gemgem, ‘Insomma, ma tantx huwa gdid bil-polixx.  L-unika haga li ghandu tleqq hija l-qargha.  Imma, ha nghidilkom, ragel rari dak fil-politika.’  ‘Rari ghaliex?’ staqsa l-Kucci.  ‘Eeeee, dak rari ghax onest’, spjegalu l-Guggu, ‘u ghalhekk ihobbuh in-nies.’  Wenzu z-Zaza beda’ jidhak u staqsieh, ‘Allura rajtha c-cerimonja?’ 

‘Iva, rajt xi haga.  Nahseb li gew l-aljeni mill-ispazju w inkaljaw l-UFO go ras Michelle.  Dik x’imniefah deffset go rasha? Xi kruha!’, beda’ jghajjat il-Guggu, ‘u biex tghaxxaq ghamlulha xagharha qiesu pom pom fin-nofs tal-UFO.  Xi kruha!’  Il-Kucci tant dahak li hargulu d-dmugh u qalilhom, ‘ha nghidilkom, lanqas lili m’ghogob dak li deffset go rasha.  Jien hsibt li garawlha bummerang tal-aborigini tal-Ustralja.’ 

Iz-Zaza hataf l-okkazzjoni w kompla jaghti n-nar, ‘Kif bzarna hux, wiehed laburist sar President!’  Il-Guggu berraq ghajnejh ghax xamm li kienet gejja xi parolata taz-Zaza w fil-pront hatfu, ‘In-Nazzjonalisti mhux dejjem President Nazzjonalist poggew jew?’  Iz-Zaza qam bilwieqfa w beda’ jsabbat fuq il-mejda, ‘Kemm tinsa fejn trid.  Mela Gorg Abela mhux Laburist kien?’  Il-Guggu baqa’ bilqieghda w b’ton ta’ kuljunajr qallu, ‘U int min fejn gibtha li Abela huwa Laburist?  Taf x’naf inghid?  Li Eddie Fenech Adami kien l-akbar hanzir li qatt rajt.  Kellu l-wicc li jaghmel lilu nnifsu President.  Ahjar taghlaq halqek Zaz.’ 

Il-Guggu qam u telaq ‘l barra.

Leave a Reply