Edgar, jghidulu l-Guggu, bilkemm felah jiftah ghajnejh il-Hadd filghodu. Kien ghadda lejl bil-hruq ta’ stonku. Imma, il-vizzju li jmur il-kazin kien akbar min-nghas Ii kellu fuqu. Qam, libes u telaq lejn il-kazin.
Malli wasal, sab lil shabu diga qed ibessqu belgha te’ go tazza tal-hgieg. Wenzu z-Zaza lemhu diehel, ‘Hawn Guggu, bongu. Tidher imcempel dalghodu’. Il-Guggu ghamel sinjal lil tal-bar u qallu, ‘Is-soltu Kink’. Il-Guggu ntefa’ fuq siggu mal-mejda ma’ shabu w l-Kink newwillu tazza te’.
Pietru l-Kucci kien qed igerger fuq il-penzjoni, ‘Issa ahjar, jigi jheddidna li jekk ma nistaportux lil dawn ir-ruxxmata barranin li nvadewna, ser nispiccaw bla penzjoni! Missu jisthi. Il-penzjoni ghamilt ghomri nhallas ghaliha jien bil-bolla.’ Il-Guggu kemmex xofftejh, xengel wahda rasu w mill-gherf li ghandu qallu, ‘Kucci mann, il-penzjoni trid tithallas mit-taxxi ta’ dawk li qed jahdmu. Il-problema li ghandna hi li issa kwazi kulhadd LGBTIQ u bl-LGBTIQ mhux ser ikun hemm tfal li jahdmu ghoxrin sen’ohra. Ghalhekk ghandna bzonn il-barranin. Issa fhimt? Kemm int injurant mann!’
Liz-Zaza xejn m’ghogbu l-gherf tal-Guggu, tfantas u qallu, ‘Jigifieri int qed tghid li kwazi kulhadd qed isir gay jew?’ Il-Guggu ma tantx dam jahsibha, hatfu hatfa ‘U zguuuuur! Trid ticcajta jew? Go dal-pajjiz issa jekk ma tkunx gay, trid tkun ex-Nazzjonalist ghax inkella ma tinqediex. L-aghar li tista tkun huwa Laburist. Malli jindunaw li int Laburist, ma tinqdiex zgur.’ Il-Kucci ta’ daqqtejn b’rasu u qalilhom, ‘Sewwa qed jghid il-Guggu. Ara x’ghamlilhom Franco Debono. L-ewwel ghamluh Kummissarju tal-Ligijiet u issa hareg jattakka lil-Prim. Haqqu l-Prim forsi xi darba jitghallem u jiftakar li hu qieghed hemm ghax laburisti genwini batew vendikazzjonijiet ghal hafna snin taht gvern nazzjonalista biex illum hu sar Prim.’
‘Kucci, ghalxejn tafx’, tenna l-Guggu, ‘mur sa Kastilja w dur dawra hemm gew w imbaghad ghidli lil min tara. U jien nghidlek min huma. Tlaqt jien. Sahha!’