• Facebook
  • LinkedIn
  • Twitter

maltawinds.comLogo

The Economy's Voice

Menu

Skip to content
  • Home
  • About
  • Local News
  • International News
  • Opinion
  • Demia on Sundays
  • Demeter
  • Business
  • Satire on Sunday
  • Deforestation in Brazil’s Amazon more than doubles since last year, official data shows
  • Under pressure, the Hallmark Channel pulls gay-themed wedding ads

Madwar il-mejda mal-GWU

Posted by Dione Borg on 7th November 2018 in Uncategorised

Kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-parlament Ewropej li tinsab għaddejja b’ritmu tajjeb bil-kandidati diġà jissettjaw l-issues li qed jitrattaw. Kampanja elettorali li hi bbażata fuq il-kuntatt man-nies u laqgħat m’ entitajiet li dejjem ikunu l-protagonisti ewlenin fir-riformi li jrid iwettaq il-pajjiż.

Din il-ġimgħa kelli laqgħa mill-iktar interessanti mal-GWU; delgazzjoni mmexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, il-President Paul Carachi u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri. Laqgħa li matulha tkellimna b’mod ċar dwar is-sitwazzjoni ekonomika preżenti fl-lenti tal-ħaddiema.

Tradizzjonalment il-GWU dejjem kienet alleat tal-PL (MLP) u kien propju għalhekk li bdejt il-laqgħat mal-korpi u entitajiet b’laqgħa mal-GWU.  Mal-GWU ma naqbilx fuq ħafna affarijiet, partikolarment l-aspett storiku tal-union u ċertu deċiżjonijiet li din ħadet fil-passat partikolarment iż-żwieġ mal-MLP; liema żwieġ kien ta’ detriment tal-ħaddiema Maltin. Iżda fuq setturi oħra naqblu.

Il-laqgħa mal-GWU iffukat fuq is-sitwazzjoni ekonomika preżenti u l-mod kif din qed teffettwa lill-ħaddiema u l-familji tagħhom. L-uffiċjali tal-GWU jemmnu bis-sħiħ li mezz kif ikun trattat il-faqar hu billi l-ħaddiema jissieħbu fil-unions.

Jirriżulta li hawn 40% tal-ħaddiema Maltin li m’humiex membri fil-unions. L-uffiċjali tal-GWU isostnu li fil-ftehim kollettiv li l-unions qed jirnexxielhom iġibu għall-ħaddiema, iż-żidiet huma ferm iktar minn €2.33 li ta l-Gvern għall-għoli tal-ħajja.

Ovvjament li dawn il-kisbiet jistgħu jinkisbu meta l-ħaddiem jkunu fil-unions għaliex fil-każi fejn il-ħaddiema ma jkunux membri fil-union, ma jkunx jista’ jsir ftehim kollettiv. Il-GWU hi mħassba wkoll dwar il-fatt li hemm numru ta’ sidien li qed jassiguraw li l-ħaddiema tagħhom ma jissieħbux fil-union. Quddiem din is-sitwazzjoni ftit jista’ jsir.

Tqajjem il-punt dwar id-drittijiet tal-ħaddiema li ma jridux jissieħbu f’union. Il-GWU hi determinata fuq dan is-suġġett u qed issostni li d-diskussjonijiet m’għandhomx ikunu dwar jekk il-ħaddiema għandhomx ikunu imsieħba f’union iżda dwar kif din għandha titħaddem. Il-GWU qed tinsisti wkoll li min iħaddem irid bilfors ikun membru f’assoċjazzjoni li tirrappreżenta lis-sidien. Għall-GWU, dan hu mod kif is-settur ikun regoalt u kif jinqatgħu l-abbużi.

Punt ieħor diskuss mal-GWU kien propju dak dwar l-għoli tal-ħajja u l-mod kif dan għandu jkun determinat. Proposta diskussa li għad mhix attwata hi dik li jkun hemm basket differenti għall-kategoriji differenti tas-soċjetà. Dan propju minħabba li l-għoli tal-ħajja ma jeffettwax lil kulħadd l-istess għaliex in-nefqa tal-familja mhix l-istess bħal dik tal-anzjani jew taż-żgħażagħ. Din tista’ tkun proposta interessanti li jimmerita li tkun diksussa f’aktar profondità.

Fil-laqgħa mal-GWU iddiskutejt ukoll is-sitwazzjoni tal-prekarjat li minkejja l-wegħdi elettorali għadu preżenti. Il-union temmen ukoll li s-sħubija tal-membri fil-union tista’ tkun fundamentali biex din il-problema tittaffa.

Suġġett partikolari li ddiskutejt fit-tul mal-uffiċjali tal-GWU kienu d-diffikultajiet li l-ħaddiema żgħażagħ Maltin qed isibu biex jixtru l-proprjetà tagħhom. F’dan il-kuntest issemmiet il-proposta li jinħoloq bank soċjali li jkun jista’ jgħin liż-żgħażagħ jixtru l-propjetà tagħhom.

Ir-realtajiet huma li l-prezzijiet tal-propjetà llum huma wisq ‘il fuq minn dak li l-koppji żgħażagħ b’paga medja jistgħu jaffordjaw. Din hi realtà li nħolqot fl-aħħar snin u hi wkoll riżultat tan-nuqqas ta’ impenn min-naħa tal-gvern li ma beniex appartament wieħed li hu wieħed mill-2013 ‘l hawn.

Ġibt għall-attenzjoni tal-GWU id-dikjarazzjoni tal-konsulent Yana Mintoff li ddikjarat li l-ekonomija Maltija hi bbażata fuq iċ-chep labour. L-uffiċjali tal-GWU ma jaqblux ma’ din id-dikjarazzjoni u jispjegaw kif din il-konklużjoni setgħet inkisbet minħabba li kienu kkunsidrati biss ċertu setturi tal-ekonomija.

Insistejt tutl il-laqgħa li hu minnu li hawn kategoirji kbar ta’ ħaddiema Maltin li llum qed ikollhom jaċċettaw kundizzjonijiet inferjuri minħabba li jistgħu jinġiebu ħaddiema oħra biex jaħdmu minflokhom. Insistejt  li l-gvern hu obbligat li jidentfifka setturi ġodda tal-ekonomija Maltija għaliex il-budget ma kien jinkludi l-ebda settur ekonomiku ġdid.

Mal-ogħla uffiċjali tal-GWU kienet laqgħa mill-aktar interessanti: kien hemm fejn qbilna u fejn ma qbilniex fuq ħafna suġġetti iżda fuq kollox kienet laqgħa li lili servietni biex nifhem aħjar kif din il-union ewlenija fil-pajjiż tħares lejn diversi setturi tal-ekonomija u l-mod kif dawn jolqtu lill-ħaddiema.

Dione Borg
Kandidat tal-PP għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew
Posted in Uncategorised | Tagged European Parliament elections, Government, Malta

About the Author

Dione Borg

Dione Borg

Daħal fil-PN bħala attivist fl-MŻPN fl-1980 u serva fl-Eżekuttiv tal-MŻPN. Ilu ġurnalist mal- Istamperija Indipendenza u ma’ media.link għal 25 sena; perjodu limatulhom ipproduċa stejjer investigattivi fuq każi kriminali u politiċi. Bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Editur Parlamentari. Ippubblika l-ktieb ‘Libertà Mhedda’ li ffoka fuq il-perjodu turbulenti tat-tmenijiet. Fuq NET TV ipproduċa s-sensiela ta’ dokumentarji politċi Storja ta’ Poplu u dokumentarji oħra dwar politċi u dwar l-istorja politika tal-pajjiż.
Fost numru ta’ programmi televiżivi, ipproduċa l-programm investigattiv fuq kriminalità mhux solvuta ‘Evidenza’ u l-programm dwar wirt storiku ‘ Skoperti’. Fil-karriera ġurnalistika tiegħu ħadem fuq stejjer oħra ta natura soċjali, drittijiet tal-annimali, djar, saħħa u poltika. Kien fuq quddiem biex bħala ġurnalist jikteb dwar l-klima politika f’diversi perjodi.

Related Posts

GRTU Survey finds sharp downturn in sales due to current political instability→

Broad-based economic growth continues in the third quarter→

“We are witnessing a situation of corruption, impunity, and murder” – Jeroen Lenaers, PPE→

New Issue of Fixed Rate Malta Government Stock by Auction – November 2019→

advertisement
  • Posts
  • Comments
  • Tag Cloud
  • Deforestation in Brazil’s Amazon more than doubles since last year, official data shows

    15th December 2019 / Vento
  • Under pressure, the Hallmark Channel pulls gay-themed wedding ads

    15th December 2019 / Vento
  • Matteo Salvini under fire: Tens of thousands of Italy’s ‘Sardines’ protest at Rome rally

    15th December 2019 / Vento
  • Climate change activists dump manure outside Madrid summit

    15th December 2019 / Vento
  • Adrian Delia hits out at PL leadership contenders Chris Fearne and Robert Abela in intense radio interview

    15th December 2019 / Vento
  • Avatar
    Colette Sciberras on Minority Unions cannot take Industrial Action –…That's just great. So the…
  • Avatar
    Godfrey Leone Ganado on BOV rebuts maltawinds article entitled "BOV’s de-risking…I fully agree with the…
  • Avatar
    N Farrugia on BOV’s de-risking scheme paves the way for…Joseph Muscat thinks he is…
  • Avatar
    Doris Grima on BOV’s de-risking scheme paves the way for…Are BOV clients at risk…
  • Avatar
    Aggie on BOV’s de-risking scheme paves the way for…The fact that BOV charge…
Amazon banking Bitcoin blockchain Boris Johnson BOV brexit business China cryptocurrency currency Donald Trump ECB economy environment EU Euro euro area Europe European Commission European Parliament European Union Eurostat eurozone Facebook finance France Germany global economy Infrastructure Malta investment Italy Malta Malta Politics maritime market migrants politics Russia technology Theresa May UK United States US USA

News Calendar

November 2018
M T W T F S S
« Oct   Dec »
 1234
567891011
12131415161718
19202122232425
2627282930  
Footer logo
  • Facebook
  • LinkedIn
  • Twitter
 




 
 
 

Copyright © 2016 MaltaWinds.com

Menu

  • About
  • Home