U Malta qalghet camata ohra mill-Unjoni Ewropea. U le, le!! Din id-darba minhabba li mhux qed nirriciklaw bizzejjed. Insomma, paragun ma’ pajjizi ohra, ahna ma nirriciklaw kwazi xejn. Allura, kif soltu jigri f’dan il-pajjiz daqs bezqa go nofs il-Mediterran, qlibna ghal CRISIS MANAGEMENT MODE.
Ajma zaqqi!
F’daqqa wahda tfaccat borza gdida tar-riciklar. Issa ghandna ukoll il-borza bajda w kontenitur ahdar li trid tpoggih fuq il-bank tal-kcina. Tieghi poggejtu hdejn is-sink biex malli nbattal il-platti go fih, mill-ewwel ghal gos-sink. Il-buzilles hija li dan l-imbierek kontenitur qed iduru ghalih id-dubbien rqiq. Bdew jittikawni. Allura issa qed nisprenja l-kontenitur fuq barra w fuq gewwa bil-flitt tal-wirdien li ma jmurx tohrogli xi wirdiena minnu. Dak joqtol anki d-dubbien.
Ajma x’biza’ !
Barraminhekk, il-hgieg trid tpoggih go kaxxa jew go basket tal-karti w tohorgu fl-ewwel gimgha tax-xhar. Kont diga gemmajt tlett vazetti imma, heqq, jumejn ilu nsejt nohroghom! Issa baqghu hemm gol-baskett tal-karti. U hsibt naqra minn fejn ser nibda niddobba kaxxi zghar tal-kartun ghal dal-vazetti tal-hgieg. Issa nibda niehu l-kaxxi tal-kartun tal-karti tal-fotokopjer tal-ufficcju.
Gabuni qiesni regettier gol-kcina!!! Ajma xi dwejjaq!
Imma l-kbir ghadu gej. Diversi kunsilli w kunsilliera bdew itellghu stampi fuq il-facebook rigward l-iskeda ta’ meta rridu nohorgu l-boroz skond il-kulur. Jien qbadt wahda minn dawn l-istampi, ghamilt kopja taghha w wehhiltha mal-frigg biex zgur ma nithawwadtx u naqla’ xi citazzjoni wkoll!!!
Il-Gimgha hrigt il-borza l-bajda tal-kontenitur u l-borza l-griza. Meta gejt lura mix-xoghol sibt li l-borza l-griza kienet baqghet wara l-bieb. Bdejt ingerger u ergajt dahhaltha gewwa.
Anzi ma sibtx karta ta’ twissija fuqha wkoll! Mort niccekkja l-karta li kelli mwahhla mal-frigg u rajt li jien sewwa hrigthom il-boroz. Ghalhekk iddecidejt li ncempel lill-kunsill ha nara ghaliex ma hadux il-borza tieghi.
Hemmhekk indunajt x’qed jigri f’dal-pajjiz. Jekk ghadkom ma ndunajtux, din l-imbierka skeda mhix l-istess ghal kull kunsill lokali. Ghalhekk meta kont nitkellem ma’ shabi, kulhadd isemmi skeda differenti. Kulhadd donnu mhawwad u hadd ma jrid imeri lil hadd. Mhux ta’ b’xejn hawn dan it-tahwid kollu. Araw naqra, din skeda ohra differenti.
Pajjiz daqs bezqa w lanqas konna kapaci niftehmu dwar skeda taz-zibel bejn rahal u iehor. Mur gibna li kieku konna l-United States of America!!!
Issa li ghadda l-budget w ghadna ferhanin bis-surplus u bil-flus li gvern ser jibda jqassam, jekk joghogobkom ghiduli meta jmissni immur nigbor l-borza tal-flus tieghi minn Kastilja. Hemm min qalli li tingabar nhar ta’ Tnejn u nhar t’Erbgha imma, wara li grali bil-borza taz-zibel, ma rridx immur gurnata hazina ghax battikata biex nipparkja hemm. U daqs kemm qed nohrog boroz taz-zibel, tajjeb li nibda nigbor wahda tal-flus.
Mhux hekk jew??