Dawk il-Firem ta’ Manuel Delia u…….l-Menu!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/09/30/dawk-il-firem-ta-manuel-delia-u-l-menu/

Imbasta mar jigbor sebghin firma minghand dawk l-avukati li ghadhom imdejqin u nka…ti bit-telfa w tkaxkira t’erbghin elf vot.  Araw jekk taqblux mieghi issa.  Mela il-Prim Dr Joseph Muscat gab 40,000 vot aktar u qed jahdem daqs kelb sabiex pajjizna jkun l-aqwa fid-dinja w l-poplu jgawdi l-frott tal-gharaq ta’ xbinu w, minn naha l-ohra, Manuel Delia laqqat sebghin firma biex joqoghod jifrah bil-pavaljun t’ghajnu!  Lanqas haqq il-panigierku kollu w x-xeni biex ghamel mandat t’inibizzjoni biex mar jirtirah!  Lanqas biss jaf x’irid imma basta li jidher fuq it-televixin.  Ghandhom partit mghaqqad aktar mill-ghoqda ta’ Pandora!

Peress li gustuz wisq eh!  Issa halla d-daqna forsi behsiebu jaqlibha lil Bazziku!

U tafu ghaliex beda jibki hux meta hadulu l-banner?  Ghax dik il-bicca drapp, kbira daqs paraxut, kien behsiebu jaghmel qmis minnha ghax dik Ii kien liebes tigih zghira.  Filfatt, jekk innutajtu, hadd ma beda joqoghod quddiemu ghax il-buttuni tant kienu stirat u mfetthin li jekk tixpakka xi wahda minnhom, tispara bhal kanun u tingassalek go nofs mohhok!

************

Dan l-ahhar kien qed jintqal hafna dwar il-imwejjed u siggijiet fuq il-bankini.  Jien imma nixtieq nurikom kif mhux l-imwejjed u siggijiet fin-nofs biss idejquni.  Qed tarawh dan il-menu mqieghed taht il-bankina?  Menu li poggewh litteralment fit-triq.  Lanqas tipparkja sew ma tista’.  U nghidilkom ukoll li dan il-hanut lanqas biss huwa ristorant!!!  Dan huwa CONFECTIONERY!!!!  Min fuq, ghax ghidtlu li ma stajtx nipparkja sew minhabba l-menu, dan il-bravu hareg ghalija, qiesu King Kong, minn got-toqba ta’ hanut li ghandu w infexx jghajjat.  Ha nghidlek, inzertajt kont mghaggla ghax inlibbisulu kont il-menu!!

U biex tghaxxaq, dan il-menu jinsab f’nofs pjazza ta’ rahal partikolari minn fejn jghaddu l-karrozzi kollha tal-Ghassa tal-Pulizija.  Minhabba l-one-way, il-karrozzi tal-pulizija kollha minn quddiem dan il-menu jghaddu imma donnu hadd ma jarah il-menu hlief jien.  Lanqas il-wardens ma’ jarawh dan il-menu.  Imma ara jekk nieqaf jien fuq xi double yellow line, il-warden malajr insibu ma’ wicci qiesu xi lazzru ma tafx minn fejn inqala’!

Biex ma nsemmux lil tal-kunsill!  Hawwadni ha nifhem!!!!

 

 

Leave a Reply