Ara xi gralu Drinu DeliaPN!!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/08/12/ara-xi-gralu-drinu-deliapn/

L-inkjesta dwar l-Egrant tlestiet.  Hargu zewg punti mportanti minn din l-inkjesta.  L-ewwelnett hareg li ma nstabux l-ebda provi li juru li l-kumpanija Egrant hija tal-mara tal-Prim Ministru ta’ Malta, Michelle Muscat.  It-tieni ma nstabux provi li l-mara tal-President tal-Azerbaijan ghaddiet miljun ewro lill-kumpanija Buttardi fejn Michelle Muscat kienet business partner.

U hemm splodiet il-bomba f’wicc il-Partit Nazzjonalista.

Drinu Delia kien pront iddikjara li jaccetta l-ezitu tal-inkjesta.  Ovvjament ghamel hekk biex jipprova jmewwet l-mewga tad-distruzzjoni li kienet waslet biex tkaxkar lill-Partit Nazzjonalista w tidfnu fl-abissi tal-ibhra.  Izda la n-nazzjonalisti w lanqas nofs il-membri tal-parlament tal-Partit Nazzjonalista m’accettaw ir-rizultat ta’ din l-inkjesta.

Dan x’ fisser ghal Drinu Trin-Trin?

Dan fisser li Drinu ma jgawdix il-fiducja tal-partitarji nazzjonalisti w li dawn mhux lesti li jimxu warajh w lanqas m’huma ser jappoggawh.  Barraminhekk, ghal dawn l-ahhar sentejn, il-Partit Nazzjonalista ffoka biss fuq din il-bicca tal-Egrant.  Bena l-polza tal-partit fuq gidba ffabbrikata.  Bena d-direzzjoni tal-partit fuq principji kontra l-korruzzjoni w good governance.  Ghaldaqstant, b’dan ir-rizultat tal-inkjesta, il-Partit Nazzjonalista spicca bla kredibbilta’, bla direzzjoni politika w bla polza politika.

Bahh!  Gie fix-xejn.

Dan x’fisser ghal Simon Buzullotti?

Dan fisser li Drinu Trin-Trin ma ghandu l-ebda konsiderazzjoni lejn Buzullotti, iqisu bhala nullita’ u bhala liabilita’ ghall-partit.  Drinu Trin-Trin tah daru, cahdu w ha l-okkazjoni li jwarrbu. Tefa’ lil Buzullotti go borza tal-plastic sewda w harigha fuq il-bankina quddiem il-bieb tal-Istamperija f’tal-Pieta biex jigborha tal-iscammel.

U hemm infaqghet il-buzzieza fittizzja li, skond Drinu Trin-Trin, taparsi ma tezistix.  Il-qarnita tal-klikka ta’ Buzullotti harget fil-berah. Qajmu pandemonju.  Bhal gladjaturi nizlu fl-arena bix-xbieki w x-xwabel.  Terremot.  Ma tarax li jitwarrab Buzullotti!  Ghalihom Buzullotti kien, ghadu w jibqa’ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.  Din il-qarnita ma tridux lil Drinu Trin-Trin.  Imbaghad tfacca GonziPN, qisu Spartakus, biex jitrangaw l-affarijiet.  GonziPN mar jirranga d-deckchairs fuq it-Titanic!  Taparsi Drinu Trin-Trin hafirlu lil Buzulotti.  Drinu lanqas huwa kapaci jghaqqad lill-partit tieghu stess ahseb u ara kemm ser jghaqqad pajjiz!

U halluna tridux.  Drinu wriena li mhux bocci ghandu imma zibeg.  Ahjar il-Bocca jaghtih wahda minn tieghu forsi jingabar.

Dan x’fisser ghal Ferris?

Ferris!  Ferris!  Ferris!  Dan nahseb li ghandu s-sintomi tal-Adonis!  Bahnan li uza l-posizzjoni tieghu fl-FIAU biex jaghmel hsara lil gvern.  Dan kien probabbilment instigat mill-Partit Nazzjonalista w forsi min jaf x’wieghduh biex ghamel din il-purcinellata!  Ha pjacir Ferris iperrec wiccu quddiem il-kameras tat-televixin minghalih li sar l-ewwel film star minn Rahal Gdid. Meta nduna fl-liema kawlata dahhal lilu nnifsu, ipprova jilghaba tal-vittma w beda jitlob status ta’ whistleblower biex minghalih jizgicca mill-konsegwenzi.

Ferris gbin, your chickens have come home to roost u shabek tal-PN hallewk tghereq wahdek.

Dan x’fisser ghal Christina, l-mahbuba ta’ Buzullotti?

Christina, zatat li ma nistax nifhem kif iddeffset u marret tpeclaq, marret tghid pubblikament li l-bullying lejn it-tfal huwa mezz kif jikbru!  U ghalaq halqek jekk mhux kapaci tohrog xi haga sura minn bejn snienek.  Din iz-zatat donnha ma tafx Ii lanqas bullying fuq il-kbar m’hu permessibbli, ahseb u ara fuq it-tfal.  U specjalment meta jsehh minhabba gidba sfaccata u hanzira li vvinta l-mahbub sieheb li ghandha.  Inzid ukoll li tal-PN m’ghandhom qatt, qatt u QATT dritt li jitkellmu dwar bullying ghax l-ammont ta’ bullying li sar bi hdura fuq partitarji Laburisti fi zmienhom ma jistghu jiggustifikawh QATT.  U hadd m’hu ser jinsa.

Christina, SHUT UP.