IraVision – Go Away!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/08/05/iravision-go-away/

Tiftakruh dak il-program ta’ BayWatch?  F’kull xena kien jidher Mitch.  U Mitch jigri. U Mitch jghum. U Mitch isuq il-karrozza.  Insomma, tant kien qazzizna naraw lil Mitch il-hin kollu li flok BayWatch bejna nsejhulu WatchMitch.

U issa l-istess bl-imbierka Ira Losco!

Ghamlet zmien, wara l-bawxata tal-Eurovision fejn waqghet ghac-cajt, ma tantx baqghet tinstema w miskina hassitha left out!  Marret tkanta ma’ Jason Derulo w ma tawx kasha allura marret taghmel intervista fuq xi kummenti li rceviet!  Miskina hadet fastidju ghax xi hadd ikkritikha ghax kantat ma’ Derulo!  Ajma x’ghageb!  U minhabba zewg kummenti li ffastidjawha, ikkonkludiet li Malta has a racism problem.  U mur dabbar rasek ‘l hemm.  Tigi taghmel dikjarazzjonijiet bhal dawn ibbazati fuq zewg kummenti li rceviet!  Lanqas li ghamlet xi ricerka ntensiva biex waslet ghal tali konkluzjoni fuq il-Maltin!

Tigiega CLAKK CLAKK!

Mela Ira rebhet il-kompetizzjoni ta’ Malta u marret l-Eurovision fl-2002.  Imbaghad fl-2003 kantat fil-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar.  Imbaghad regghet marret il-Eurovision fl-2016.  Qazzitna man!  Qiesu hi biss hawn tkanta go Malta.  Imma din tal-ahhar kienet ic-cirasa li faqghet il-bubun.  Purcinellata mill-kbar.

Ara veru flok EUROVision ser nibdew nghidulu IRAVision.

Marret hobla ghall-IraVision.  B’zaqq daqsiex u minghaliha li trid tkun sexy.  Ghax hekk mohhha Ira.  Li tkun sexy.  Hobla w b’libsa skullata biex tfakkarna fiz-zejziet tas-silicone li ghamlet u b’xaqq sas-sema ( biex ma nghidiex ezatt sa fejn kien ix-xaqq u nevita li nkun pastaza) biex ixxejjrilna saqajha.  Imma din b’min minghaliha riedet iddahhak?  Tisforza kemm tisforza biex tkun sexy ma taffettwax lil nofs il-votanti li huma nisa.  Anzi, bil-maqlub – qazzitna.  Tisforza kemm tisforza biex tkun sexy b’zaqq hobla ma tantx impressjonat lin-nofs l-iehor li huma rgiel. U barraminhekk, dik xi kruha ta’ libsa kellha?  Dik kellha wahda simili taghha ommi w kienet libsitha ghal tieg fl-1990!

Imbaghad bdiet tmelles zaqqha!  X’minghaliha Ira?  Li hadd ma kien ghadu nduna li hobla?  Jew forsi ghaddielha mill-garigori dojoq ta’ mohhha li ser iddabbar xi zewg voti zejda bit-tmellis?

Fejn Walk on Water?  Gheriqt xbin.  UNDER the Water!

U dan kollu rridu nghiduh fl-isfond li l-poplu Malti vvota ghad-diska Chameleon w hi marret tkanta diska ohra – Walk on Water!  Dan juri li l-vot tal-poplu ma jiswa ghal xejn.  Gimmick!  U mhux ser nghidilkom din il-farsa tal-voti tal-poplu x’ikkonkludejt minnha jien.  Ghandkom mohh bizzejjed biex tirrealizzaw x’qed jigri.  U jekk m’rnexxilkomx tirrealizzaw s’issa, araw kif zvolgiet l-istorja.

Mela issa l-kompetizzjoni biex jintghazel liema kantant jew kantanta Maltija ser tmur l-IraVision ser tkun mill-kompetizzjoni tal-X Factor Malta.  U ohrog l-ghageb tafu min huma l-judges???

Judge 1: Howard Keith Debono – il-Maniger ta’ Ira Losco

Judge 2: Ray Mercieca – tal-grupp The Characters

Judge 3: Alexandra Alden – tal-grupp The Characters

Judge 4, b’sorpriza kbira Ii hadd qatt hadd ma basar, il-4th Wonder kienet Ira Losco!!!

U halluna!  Imma kemm tahsbu li l-poplu huwa njurant?

NO SINNER, NO SAINT……..SPARIXXI GO AWAY.

Leave a Reply