Segwejt b’interess dak kollu li kien ghaddej fuq il-mezzi tax-xandir u specjalment dak li beda jinghad fuq il-facebook. Nazzjonalisti ndannati ghax dak il-gideb kollu inkixef u l-partit skadut taghhom ma fadallu xejn hlief skeletri w rwieh mitlufa.
Dawn il-pcielaq qajjmu xi punti fuq il-facebook dwar l-inkjesta bl-iskop marid li minghalihom jhawwdu l-imhuh. Nibda mill-ewwel punt. Qed jghidu li din kienet inkjesta w mhux kawza l-qorti w allura ma tiswa xejn. Ghandhom zball kbir. DIN L-INKJESTA WRIET LI M’HEMMX BAZI W LANQAS SKOP GHAL KAWZA L-QORTI.
It-tieni punt li qazzuni ipecilqu w jallegaw dwaru huwa li lehqu sparixxew il-provi mill-Pilatus Bank ghax il-Kummissarju kien qed jiekol il-fenek bic-chips! U halluna xbin! Din l-inkjesta kixfet li l-allegati provi ma kienu xejn hlief DOKUMENTI FFALSIFIKATI. Ukoll, kien hemm DISKREPANZI KBAR FIX-XHIEDA li nghatat waqt l-inkjesta propju minn dawk li mexxew tali hrafa. Ma jisghux jaqghu aktar fill-baxx minn hekk. Lanqas biss ridt nemmen meta smajt li n-Nazzjonalisti ghamlu dik l-hsara kollha lill-Prim Ministru, lil martu w lil uliedu fuq bazi ta’ dokumenti ffalsifikati. U le! Ara veru partit tal-imbarazz!
It-tielet punt imma jizboq kollox. In-Nazzjonalisti jinsabu dizgustati w ccassati li DeliaPN talab lil Simon Busullotti biex jirrizenja. Il-bicca hi li DeliaPN jaf li dan ir-rapport tal-inkjesta kien id-DAQQA MORTALI TA’ PARTIT MKISSER u spicca ghalhekk qed jipprova jmewwet din il-kwistjoni malajr kemm jista’ jkun. Insomma, hekk minghalih. Minn naha l-ohra, Busullotti ghadu ma jridx jifhem li issa m’ghadux Kap tal-Partit ahseb u ara kemm ser iwarrab minn nofs. Wahda naf, li DeliaPN qal li fetah berah il-bibien tal-Partit Nazzjonalista imma s’issa ghadni ma rajt lil hadd diehel. Imma rajt rjus kbar hergin bid-daqqiet ta’ sieq u daqqiet ta’ ponn.
In-Nazzjonalisti minn dejjem hekk jahdmu. Jidentifkaw persuna li qed tahdem u tikseb ir-rizultati mehtiega ghal pajjizna w jivvintaw gideb jew joholqu spins apposta bl-intenzjoni specifika li tali persuna jkissruha jew jiskreditawha. Anki lil Neville Gafa, ezatt l-istess ghamlulu. Infakkar fil-bawxata ta’ Terinu li kien gie mgieghel jiehu gurament falz fejn qal lil kien ra lil Strickland itir fl-arja bil-libsa tal-mazuni. Issa uzaw lil Efimova w regghu ghamlu ezatt l-istess.
U issa, x’qed tghid Ana Gomez? Qalulha David Casa w Tedesco Triccas li l-partit taghhom jaghmel il-hsara lill-gvern billi jivvinta stejjer imsawwrin fuq dokumenti ffalsifikati?
U issa, x’qed jghid l-Arcisqof? Issa jaqaw m’ghandux aktar xi jghid? Tghid ghandna nibghatuh sal-missjoni bhala kastig biex jimmansa kliemu kif ghamlu lil Patri Mark Montebello?
Ghadu jaghmel il-gabra ghall-dik l-Efimova issa Manuel Delia? Ghad hemm cwiec Nazzjonalisti jimpalawlha l-flus? U zgur li tibza tersaq lejn Malta l-Efimova ghax taf kemm gidbet.
X’qed jghidu issa l-ghaqda tal-Gurnalisti tal-Unjoni Ewropea? Dan tghid iqisuh bhala gurnalismu nvestigattiv ukoll??
U Ferris issa! Rega’ tfacca w qed jilghabha tal-haruf tas-sagrificcju. U hallina Ferris. Mur sparixxi ghax xebbajtna. Missek tmur tindifen li uzajt xogholok fl-FIAU biex tipprova timmina lill-gvern.
In-Nazzjonalisti kienu hawwru borma mhawwda sew biex minghalihom iwaqqghu lill-gvern u jirbhu l-elezzjoni. Ghandi ghalfejn nahseb li l-kokijiet tal-borma kienu d-Dottore Austin Gatt, li kull meta nhares lejh jfakkarni f’kelb tal-pug, u dak il-gerha kkankrata ta’ Richard Cachia Caruana. Zewg gambli li donnhom ghadhom inittnu lill-Partit Nazzjonalista bil-manuvri makkjavelljani taghhom.
Dawn mhumiex Nazzjonalisti. Dawn kienu, ghadhom u dejjem ser jibqghu TERINISTI.
Ovvjament, m’ghandix ghalfejn nghid aktar.