Fejnhom il-Gurnalisti?

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/07/08/fejnhom-il-gurnalisti/

Mezzi tax-xandir ghandna kemm trid.  Gzira daqs bezqa w ghandna xandir u radju nazzjonali, xandir u gazzetta w magazines u radju tal-knisja, xandir u radju w gazzetti tal-partiti politici, xandir u radju w gazzetti privati li suppost indipendenti u hafn’ohrajn li jimlewli l-kaxxa tal-ittri.  Insomma, il-poplu huwa bbumbardjat minn kullimkien.

Imma m’ghandniex gurnalisti.

Ghaliex nghid hekk?  Li tisma’ rappurtagg tal-istess storja fuq kull mezz tax-xandir, b’differenzi zghar stigati minn nuqqas ta’ oggettivita’ dipendenti mis-sors, mhuwiex gurnalizmu.  Dak huwa rappurtagg pregudikat u xejn aktar.  Gurnalizmu huwa li storja tigi rappurtata, miflija, ricerkata w analizzata b’mod oggettiv.

U lanqas m’ghandna xi gurnalisti nvestigattivi.

Ghaliex nghid hekk?  Li tisma’ ghajdut u tara affarijiet sejrin zmerg fil-pajjiz u l-ebda gurnal ma jiehu l-inizjattiva li jibda jixtarr biex jara x’qed jigri juri li l-gurnalisti qed jitghazznu jew li qed jibzghu li jirfsu xi kallu.  Din il-gzira tant hi klawstrofobika w oppressiva li anki jekk biss tixref mill-bieb ‘l barra ghandek riskju li tirfes xi kallu.  Wara kollox, xejn aktar mill-kallijiet mirfusa ma jaghmlu storja popolari!  Aktar ma jintrifsu kallijiet, aktar il-poplu jiehu pjacir isefsef, itaqtaq u jixtri l-gazzetti.   Saviour Balzan huwa l-uniku gurnalist li jkollu stejjer li jkunu ricerkati w analizzati.  Ukoll, il-Malta Today taghmel stejjer tajbin ta’ gurnalizmu nvestigattiv u ghal dan nghid prosit lil Saviour Balzan.

U lanqas m’hawn gurnalisti oggettivi.

Ha niehu ezempju b’Herman Grech l-Editur tat-Times of Malta.  Dan tilef kompletament l-oggettivita’ tieghu kull fejn jidhlu l-immigranti rregolari.  Fil-fatt, kull meta jkun hemm storja fuq Times of Malta li tirrigwarda dan is-suggett, is-sezzjoni fejn tista’ taghmel kummenti tkun maghluqa.  Ghax miskin Herman taqbdu ghafsa ta’ qalb jaqra kummenti li ma jaqblux mall-posizzjoni pregudikata tieghu.  Ninnota wkoll li meta jkun hemm storja li tinvolvi xi vjolenza jew kriminalita’ minn xi hadd ta’ nazzjonalita’ ta’ dawn l-immigranti rregolari, l-istorja fit-Times of Malta tirrapporta li kien involut barrani filwaqt li gurnali ohra jirrappurtaw li kien involut xi hadd ta’ nazzjonalita’ specifika bhal, per ezempju, mis-Sirja jew mill-Kongo jew mill-Eritrea, ecc…

Ehh Herman!!  Minghalik li hadd ma jinduna hux??!!

M’ghandniex xi nghidu li l-mezzi tax-xandir tal-partiti politici huma pregudikati ghax hekk hija n-natura taghhom.  Tisma’ tas-Super One w tahseb li Joseph bidel lil Malta fil-Gnien tal-Eden u Adrian Drinu Delia huwa s-serp jitkaghweg gos-sigra.  Tisma’ lil tan-NET w tahseb li mindu nbidel il-gvern inzilna fl-abissi tal-infern, b’Joseph Lucifru bil-furkettun f’idu jnigges lil Drinu f’s*rm*!!

Imbaghad ghandna lil tal-RTK ippompjati sax-xfar t’ghajnejhom kontra l-gvern.  U m’ghandniex ghalxiex nistghagbu.  Il-knisja qatt ma’ kienet ghall-poplu kollu.  Il-knisja minn dejjem kienet rizervata ghan-nazzjonalisti biss.  Imma qatt bhal fi zmien l-Arcisqof Gonzi w issa bl-Arcisqof Scicluna ma kienet tidher daqshekk cara din id-diskriminazzjoni lejn settur tal-poplu.

Fr. Joe Borg klassi ghalih.  Uniku.  U mn’Alla li hu uniku ghax Alla hares kien hawn xi tnejn ohra bhalu.

Patri Mark Montebello huwa n-naghga s-sewda li sahansitra baghtuh il-missjoni bhala kastig biex forsi jimmansa.  Bomba Patri Mark!

Imbaghad hemm Mark tal-bejta fuq rasu.  Dan il-favorit tieghi tax-Xarabank!  Ghall-bidu li kien beda x-Xarabank kellu aspett qawwi ta’ gurnalizmu nvestigattiv.  Peppi kellu habta jdeffes imniehru fejn ma jesghux kif tippretendi minn gurnalist tajjeb.  Imma biz-zmien beda jmajna.  Issa hemm Mark.  Froga.

Dawn huma ftit ezempji imma kieku kellna naghtu l-marki bhal tal-Eurovision ikunu hekk fil-gurnalizmu:

  • Pregudizzju – 12 points
  • Spins – 10 points
  • Maturita’ – NO points
  • Investigazzjoni – MINUS points
  • Bilanc – DISQUALIFIED

Jien m’inix gurnalista imma almenu ma nippertendix li jien lanqas!