Dejjem Nigbru …u l-Immigranti Llegali

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/07/01/17053/

Kemm ilha hajja ommi, 67 sena, dejjem tafna nigbru l-flus ghall-missjoni.

Imma la jien u lanqas ommi ma nafu fejn ezatt qed imorru dawn il-flus u kemm verament ammont minnhom qed imur ghall-missjoni w mhux ghall-pagi amministrattivi.  Li nafu zgur huwa li dawn tal-missjoni qatt ma mxew ‘l quddiem.  Dejjem l-istess ritratti ta’nies bil-guh, hmieg, ghaks u ilma kannella.

Bhal bir bla qiegh.

Dejjem bid-dmugh u l-biki.  Tfal b’zaqqhom minfuha w nisa w rgiel ghadma w gilda.  U dan jaghtini x’nahseb.  Hafna mill-immigranti llegali li jaslu go Malta joriginaw minn dawn il-pajjizi li nigbru ghalihom.  Imma qatt ma rajt rgiel u nisa nezlin minn fuq xi vapur tas-salvatagg li jkunu ghadma w gilda.  Lanqas qatt ma rajt tfal bil-kwashiorkor.  U lanqas ma rajt nies nezlin minn fuq vapur li jkunu fi stat jew kundizzjoni li tixhed xi gimgha fuq il-bahar bejn sema w ilma.

Allura min huma ezattament dawn li qed jigu bil-vapur bhala immigrant llegali?

Dawn ikunu hallsu xi elf dollaru biex qabdu l-vapur mill-Afrika ta’ Fuq.  U min ghandu elf dollaru f’dawn il-pajjizi li jghidulna li ghandna bzonn nigbru ghalihom jew li ghandhom krizijiet daqshekk gravi li jaharbu minn pajjizhom?  U min jghidlek li dawn ma kinux xi terroristi jew guerrilla f’pajjizhom?  Li naf zgur huwa li f’numru ta’ glied u vjolenza go Malta donnu issib lil dawn l-immigranti llegali mdeffsin fil-borma.

Kien rappurtat li meta l-vapur Aquarius dahal Spanja, tar-Red Cross tawhom xi hwejjeg u affarijiet biex jghinuhom.  Tawhom track suit, hwejjeg ta’ taht, xugamani w zraben fost affarijiet ohra.  Dan il-‘povri’ immigranti llegali rmew kollox go skip malli nizlu l-art u filghaxija kienu qed jonfqu fil-postijiet ta’ divertiment go Spanja.

Source: https://voiceofeurope.com/2018/06/aquarius-migrants-in-spain-throw-away-towels-and-clothes-donated-by-the-red-cross/#.WzDbMoLsbdk.twitter

Go Malta, l-akkomodazzjoni li jipprovdilhom il-gvern mit-taxxi tal-poplu jgibuhom mizbla.  L-ikel jarmuh.  Jaghmlu protesti u jkissru l-ghamara u jaharqu s-saqqijiet.  U dan kollu fl-isfond li hemm familji w individwi Malta li spiccaw jghixu go garaxxijiet that l-art!!  Lill-pulizija w suldati Maltin igarawhom il-gebel u jhebbu ghalihom.  Malli jinqala xi rvell, tarhom gejjin jigru tal-Amnesty International biex jaqbzu ghal dawk li jkunu qed jivvandalizzaw il-propjeta tal-gvern.  U min jigi jaqbez ghall-pulizija w ghas-suldati Maltin li jisfaw feruti waqt tali rvellijiet?

Ghall-pulizija w suldati Maltin ma jigi HADD.

Meta il-poplu ra lill-gvern jiehu posizzjoni soda dwar il-vapur Aquarius, il-poplu kien wara l-gvern bhal sur jiddefendi lil gziritna.  Imma malli tfaccat il-krizi tal-vapur Lifeline ergajna koppi.  Malta ghandna t-tieni l-ghola rata ta’ immigranti llegali gol-pajjiz ghal kull ras mill-pajjizi Ewropej kollha.  Staqsi lin-nies tal-Marsa kif qed jghixu gor-rahal taghhom li huwa mizghud immigranti.  Morru araw il-Marsa kemm minnhom fethu hwienet intizi li jaqdu l-bzonnijiet ta’ dawn l-immigranti ohra bhalhom.  Morru arawhom il-Hadd filghodu jonfqu l-flus ghand il-banek tal-lottu.  Hemm minnhom anki flus ghad droga ghandhom.

Source: UNCHR

Naghmel daqsxejn ta’ suggeriment lill-awtoritajiet.  Meta ta’ Brussell jibdew ipecilqu fil-vojt biex iwikkuna b’dawn il-problemi tal-immigranti ghidulhom li ser tghabbu l-immigranti gol-ajruplani tal-AirMalta w li ser thottuhom gol-Grand Place.

Ghax Malta l-ewwel u qabel kollox!

Leave a Reply