Xarabank, x’hamallata!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/06/24/xarabank-xhamallata/

Jien ma tantx ikolli cans nara televixin.  Malli nidhol fis-sodda, wara gurnata ghaddejja, norqod bhal bumarin.  Imma l-Gimgha li ghaddiet ma stajt norqod b’xejn.  Bdejt inqalleb l-istazzjonijiet tat-televixin forsi nsib xi haga sura.

Xejn.  Boqq!

U fettilli nivvinta nara x’qed jaghmlu fuq Xarabank.  Malli qlibtlu tfacca Mark tax-Xarabank.  B’dik ix-xuxa goffa qiesha bejta t’ghasfur fuq rasu.  Sejjer ixejjirha ‘l hemm u ‘l hawn bhal li kieku ghandu xi kapolavur.  Ahjar imur iqaxxar kollox ha jiehu r-ruh.  U ma nafx biex tkun imdellka.  Nahseb li kieku jaghsarha jimla landa zejt li tkun bulija ghas-cylinder head tal-karrozza.

Imma l-kbir kien ghadu gej.  F’daqqa wahda hareg patata minn taht il-bank.  Nahseb ha l-ideja minghand xi magician.  Patata nejja bil-hamrija mwahhla.  Patata minn dawk li nsajruhom biex naghmlu l-patata chips.   U minn din il-patata nejja bdew jitkellmu fuq il-warrani llapazzat bil-plastic surgery ta’ wahda li kien hemm fil-panel.  Hemm daqs tant postijiet fejn isiru plastic surgery!  Imma lil Mark donnu tal-warrani jinteressah.  U b’s*rm tiela’ u b’s*rm niezla, dan Mark kaxkar diskussjoni mqanzha.

Imma l-kbir nett kien ukoll ghadu gej.  Mark rega’ tbaxxa u hareg pastizz tal-irkotta minn taht il-bank.  Iva pastizz minn dawk li ma thobbx Ann Fenech tan-Nazzjonalisti.  U erhilhom jitpastsu bid-doppju sens bil-pastizz tiela’ u bil-pastizz niezla.  Ma ridtx nemmen lil widnejja.  Sahansitra komplew bid-doppju sens bic-cilindru tal-gass.

Iddisgustajt ruhi.

Il-gidem tal-mara gabuh oggett ghad-doppju sens biex taparsi ghamlu programm.  Diskursata li twaqqa’ d-dinjita’ tal-mara.  Jekk minghalih Peppi li halla r-riedni ta’ Xarabank f’par idejn sodi, sejjer zmerg.  Il-programm gabu pastazata hamalla li jizzuffjetta bil-gisem tal-mara bhal li kieku oggett.  U dan kliem li jsir fuq Prime Time tax-Xandir Nazzjonali?

Dawn bis-serjeta’ jew?

Jew il-Where’s Everybody spiccawlhom l-idejat jew Mark caqlaq ir-roti ta’ mohhu waqt li jxengel u jaghti b’rasu ‘l hemm u ‘l hawn lil dik ix-xuxa mharbta ‘l ghandu.  U tigux tghiduli li dan Freedom of Speech!  Dan diskors hamallu doppju sens fuq programm intiz ghall-familji.  Jekk Xarabank irid idahhak, isib xi tlett cajtiet tajbin u genwini.  Jekk ma jasalx s’hemm, jikkopja xi zewg siltiet tal-Candid Cameras u jippruvhom man-nies il-belt quddiem il-binja tal-Parlament li qiesha hakkieka tal-gobon.  U wara jgibhom fuq il-programm.  Ahjar flok patata jew pastizz, hareg basla minn taht il-bank u qaghdu jitkellmu dwar dak li jibbrilla f’diskussjonijiet fjakki bhal dawn.  Jew forsi hareg xi mopp tal-art u qaghdu jitkellmu fuq ix-xuxa li twerrcek meta thares lejha!

U l-kbir nett, nett, NETT kien meta Mark beda jsuq fil-karrozza ma’ Bjorn Formosa w jitkessah jsuq bla galbu ta’ xejn.  Tant li Bjorn, nofsu bic-cajt, beda jghidlu li qed jibza’ fil-karrozza mieghu.  Lanqas li mhux kulhadd jisma’ bl-incidenti tat-traffiku li jsiru.  Jaghti ezempju tajjeb ukoll Mark ta’ kif wiehed ghandu jsuq!  Bil-galbu wkoll hej!  U halluni ghax ma rridx niftakar f’dik id-dahka kretina li ghadha tidwi f’widnejja bhal long play imzarzra bil-labra maqsuma.

Imbaghad ma nafx x’ghamlu aktar fuq Xarabank ghax tant tqazzist li tfejt kollox u mort naghmel belgha te’.

Xa-ra-bank, O-e-O….O-e-O!

Xaghar ta’ Mark, O-e-O….O-e-O!

Nota: Dan l-artiklu huwa ntenzjonat bhala satira w ghandu jittiehed f’dan is-sens.