Delia ma jikkonvinci lil hadd!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/06/17/delia-ma-jikkonvinci-lil-hadd/

Ilna nghidu li Drinu Delia mhu kapaci jikkonvinci lil hadd.  Imma skond tan-NET din kienet biss fantazija f’mohh il-laburisti.  Bhal li kieku l-laburisti huma xi corma nies iccassati bil-raghad u l-beraq, jew xi cwiec Maltin kif minghalih Tonio Fenech.

Faqqghet fl-ahhar!

Smajtuha lil Mrs Adrian Delia?  Tiftakruha?  Dik li kienet iddur fuq il-palk tal-mass meetings Nazjonalisti bil-maktur ahmar daqsiex imdawwar ma grizmejha f’shana taqli l-grieden! Ha nghidilkom x’qalet.

‘….nies bhali li mhumiex nazzjonalisti….apolitical nghid li jiena…’

U Drinu Trin-Trin kien bil-wieqfa hdejha waqt li qalet dan il-kliem!  Ara mhux buffu wkoll!  Lanqas lil martu ma rnexxielu jikkonvinci biex issir nazzjonalista ahseb u ara kemm ser jrnexxielu jikkonvinci lil poplu li xeba’ jiddiehek bil-mutetti w cirimellati li jaghmel.  U ma nafx ezatt x’riedet tghid biha ‘APOLITICAL’.  Forsi riedet tghid li xxaqleb bhal pinnur lejn iz-zewg nahat jew li hi bla partit?  Ma nafx ezatt imma nahseb li din hija xi kelma fansi li juzaw hi w tal-klikka taghha.  Ma nuzawhiex tal-klikka taghna zgur.  Ahna nafu ezatt ma liema partit qieghdin.

U dan kollu, martu qalitu bl-iskossi.  Titqanzah biex tipprova titkellem bil-Malti ghax nahseb li nsiet li hi Maltija jew ghax tant ilha tghawweg hniekha bl-ingliz li l-Malti m’ghadux idurilha ma lsienha.  Drinu, ahjar flok iddur bl-ingravata hamra, tarma coff ahmar u tibda zzegligilha biex forsi xi darba tibda taghti kas x’il-madoffi tkun qed tpeclaq.  U kif qieghdin fiz-zifna, ghamlilna pjacir xbin, ixtri ngravata hamra gdida ghax dik li ghandek donnok xbajt tmeslah fiha – gibtha dahna!

U biex naqtghu dan il-qziez li nghawwgu hniekna bl-ingliz, infakkar li l-ingliz kien il-lingwa tal-bahrin w t-taljan kienet il-lingwa ‘tal-pepe’!!  Biex nghiduha kif inhi w STOP THE SH*T.

Imma mhux lil martu biss ma jikkonvincix dan Drinu Trin-Trin.  Lanqas lit-Tedesco Triccas ma jirnexxielu jikkonvinci.  Drinu tghidx kemm bezzaq, jipprova jisloh xi vot, billi beda jirrepeti bhal pappagall dak li kien qed jghid il-Prim Ministru dwar il-vapur Aquarius li kien imballat bl-immigranti llegali w dwar il-kwistjoni mat-taljani.  U waqt li Drinu jbezzaq, t-Triccas bdiet tghid bil-kontra li kien qed jghid Drinu!

Ara veru ghal gol-hajt dan id-Drinu w l-Partit Nazzjonalista.  Lanqas biss kapaci jkunu partit li jigbdu habel wiehed.  Ahseb u ara kemm huma kapaci jiehdu r-riedni w jigbdu pajjiz.  Hafna pozi w sugu ta’ xejn.  Mohhu biex jivvinta l-islogans godda minghalih li kinki hej!  Kultant jigini hsieb li Drinu huwa biss pupazz li jigbdulu l-ispaga w jaghmel KWAKK! KWAKK! KWAKK!

U hafna drabi xorta jizgarra ghax tohroglu stunata.