V18: V for VROMA

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/06/10/v18-v-for-vroma/

Il-V18 tqazzizna nisimghu dwarha.  Qiesu kellna bzonn il-V18 biex nibdew naghmlu xi haga gol-Belt Valletta.  Alla hares ma kinitx l-Unjoni Ewropea ghax kieku ma kien isir xejn.  Issa ccaqlaqna, bl-iskossi veru, imma mexjin.  U iva!

Mhux ser nibda’ nlewwaq dwar x’suppost ghamel il-kunsill lokali f’dawn is-snin kollha li ghaddew ghax nibqa’ bla nifs.  Nghid biss li kunsilli ohra dejjem icekcku f’attivitajiet diversi – u min ghandu Festa Frawli, u min ghandu Festa Hobz u min tac-cikkulata.  Insomma, gol-Belt donnu festa tal-qaddisin biss jaghmlu – fi kliem iehor, bis-sahha tal-knisja w mhux tal-kunsill lanqas! Il-kunsill sal-kaxxi tal-parkeggi blu jasal.

U din il-V18 tfisser li l-Belt saret il-European Capital of Culture ghas-sena 2018.  Ufficcjalment hekk suppost li tfisser imma fir-realta’ V18 sarrfet fi vroma wara l-ohra.  V18 saret tfisser Vroma 18.

Vroma 1, V1, kienet fid-dwal tal-Milied ta’ Strada Rjali li ddubbajnihom second hand minn Sqallija.  Veru li xorta hadna pjacir bihom imma flok Culture ta’ Malta morna niddandnu bil-Culture ta’ Sqallija.

Niddubbaw hux! 

Vroma 2, V2, rajniha fin-New Year’s Eve.  U b’kemm pompa gew riklamati l-attivitajiet tal-ftuh tal-V18 ghal-New Year’s Eve.  Nahseb li anki t-Tritoni marru jixtru denb gdid ghall-okkazjoni. Biex wara dawk ix-xenji kollha, kellna spettaklu tal-puppazzi fi Pjazza Tritoni li gie kkuppjat minn ta’ pajjizi ohra.  Veru li xorta hadna pjacir bih imma l-unika Capital of Culture li kien fih kienet dik li, bhas-soltu, l-Maltin jikkuppjaw lill-barranin.

Nikkuppjaw hux!

Vroma 3, V3, kienu dawk l-imberkin gabbani tal-ikel u xorb!  Qisna ser immutu bil-guh jekk ma nibdewx niffangaw qabel biss ma nirfsu fuq il-pont ta’ Bieb il-Belt.  Flok gabbani donnu l-mewg tal-Port il-Kbir kaxkar rizma kontejners mill-Port Hieles u xehithom quddiem it-Tritoni.

Kruha hux!

Vroma 4, V4, ghaxxaqha Jason Micallef!  Nahseb li kien ghadu taht l-effett tac-celebrazzjonijiet tal-Festa ta’ San Patrizju bil-kappell ahdar imdeffes go rasu.  U din festa tal-Irlandizi wara kollox!  Mar jifrah u jikkwota, minghalih li sar xi poeta hej, u spicca ghamlulu petizzjoni biex jitkecca mill-V18 corma gurnalisti tal-Ewropa.

Everywhere you look hux!

Vroma 5, V5, kien meta f’daqqa wahda tfaccaw salt kaxxi bir-riklami tal-Malta Fashion Week mad-dawra tat-Trituni.  Sabu fejn ghamluhom il-kaxxi.  Ghax ma poggewhomx quddiem il-Parlament?  Hekk jew b’hekk, dawk il-kaxxi tar-reklami jidhlu mal-Parlament il-gdid u ma jistonawx ghax il-binja tal-Parlament ukoll mibnija kaxxi kaxxi qiesha loghoba tat-tfal bil-blokks.

Blokka blokka hux!

U dan ghadna fi Vroma 5, V5.  Ommi ma x’biza’!  Fadlilna nsofru tlettax-il Vroma ohra.

….V6, V7, V8, V9, V10, V11, V12, V13, V14, V15, V16, V17, V18……..u jekk qabzitli xi vroma, iktbuli w ghiduli ha nnaqqsu wahda milli baqa’.

V5 and counting hux!