Fejn hu Austin Gatt? Hadd ma jaf. Donnu sparixxa minn wicc din it-toqba ta’ gzira. Imma l-eku tal-buzullotti tieghu ghadu jidwi bhal ruh imrezha, mix-xarabanks goffi tal-Arriva, sat-teatru bla saqaf tal-Belt Valletta.
Xarabanks daqs bumarin li jridu jizzerzqu, jitghawwgu w jghaddu zbrixx minn got-toroq imserrpin tal-rhula taghna. Gieli kwazi smajt il-bini jibki w jwerzaq malli jilmah xarabank tlebbet lejh! U tlebbet tafux. Ghax hemm xufiera li minghalihom qieghdin Montecarlo.
Vroooom! Vroooom! Vrooooooommmmm!
Meta mort l-Akropoli t’Ateni fil-Grecja tghaggibt u staghgibt bil-gmiel t’arkitettura w hsieb wara kull binja. Tiskanta w titnixxef kif, eluf ta’ snin ilu, il-Griegi kienu diga ndunaw li t-teatri taghhom kellhom bzonn ikunu msaqqfa! Imma r-Renzu Pjanu w l-Austin Gatt ta’ Malta ma ndunawx u spiccanja b’teatru jilghaq ix-xemx u l-qamar. Nahseb li la Renzu Pjanu w lanqas Wistin taghna ma qatt marru gita sal-Akropoli ghax kieku forsi kienu jitghallmu xi haga.
Tal-misthija hux wara li mpalajnielu dawk l-eluf kollha lil Renzu! Dan seta’ ghamel kapricc u mar sal-Akropoli t’Ateni forsi go Malta ma konniex nispiccaw b’dak it-teatru vroma. Indahhku n-nies!
Imma l-kbir kien ghadu gej!
Basta nfaqna dawk il-miljuni biex Renzu Pjanu ghamlilna dak il-Parlament qiesu guva tal-hamiem u hadilna l-pjazza tal-karnival u l-parking tal-belt! Biex issa m’hemmx spazju bizzejjed gol-guva sabiex isiru l-ufficini li hemm bzonn. Ara veru guva ghamlilna w veru ghall-hamiem haseb ghax il-haddiema m’ghandhomx post fejn joqoghdu.
Sfortunatament, l-problemi kollha ta’ dan il-Parlament Guva waqghu f’hogor gvern laburista w lil Wistin taghna lanqas il-gremxul ma sabuh! Basta kienu jiffanfraw bis-soft launch qabel l-elezzjoni. Dan huwa r-rizultat tas-soft launch!
Imma hej, instabet is-soluzzjoni tafux! Xi hadd ftakar fil-mina tal-ferrovija li tghaddi taht il-Parlament Guva w ser tintuza din il-mina ghall-ufficini.
Ha nghidlek, jekk ghal xejn, dan il-gvern laburista ser jibqa’ mfakkar ghall-mini. Ibda bil-mina bejn Malta w Ghawdex u l-mini ta’ taht il-Belt Valletta li nfethu ftit ilu w l-mini tad-drenagg u l-mini tal-Enemalta u issa bil-mina tal-Parlament.
Fil-fatt smajt li anki fuq il-postcards, flok luzzu ser nibdew naghmlu ritratt ta’ mina.
Ira Losco flok ‘Walk on Water’, ser tibda tkanta ‘Walk gol-Mina’.
Probabbilment Sandro Chetcuti jithajjar u l-mini tax-xelters jaghmilhom Boutique Hotel!
U fl-isfond ta’ dan is-suggett dwar il-mini, Demia baghtet email lil Dott Adrian Delia b’xi mistoqsijiet u baqghet imbellha meta rceviet ir-risposti lura ghax rrisponda hekk:
Demia: X’tahseb dwar il-mini?
Delia: Dawk tajbin hafna ghal Malta ghax m’ghandekx bzonn hafna spazju biex tipparkja.
Demia: Xi proposti ghandu gvern nazzjonalista dwar il-mini?
Delia: Ser innaqqsu t-taxxa tar-registrazzjoni fuqhom biex inheggu lin-nies jixtru karrozzi zghar.
Demia: Gvern Nazzjonalista jikkunsidra jibni xi mini?
Delia: U zgur. Gvern nazzjonalista diga jinsab f’diskussjonijiet mal-kumpanija tal-mini u, bis-sahha tieghi, din il-kumpanija ser taghmel fabbrika hawn Malta fejn ser tibda timmanifattura w tibni dawn il-karrozzi f’pajjizna. B’hekk niggeneraw postijiet tax-xoghol godda.
Demia: Jekk iva, fejn?
Delia: Gvern nazzjonalista jwieghed li jaghti lill-kumpanija tal-mini bicca art go Ta’ Qali. Hemmhekk hemm hafna spazju.
Demia: Tahseb li tiltaqghu ma’ xi problema ghal dan it-tip ta’ progetti?
Delia: Problema ser ikollna zgur ghax il-Prim Ministru ser toghogbu l-idea brillanti tieghi w zgur li ser imur jiffanfra taparsi kienet idea tieghu.
Gerfixni ha nifhem. Ma rridx inkun dubbiena ddur gol-mina ta’ bejn widnejn Adrian Delia ghax gol-hajt mann!
Boqq! Boqq!