Il-Pulizija w s-Sindku tal-Belt

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/05/20/il-pulizija-w-s-sindku-tal-belt/

Tiftakruhom lil dawk li marru jixhtu l-ajruplani tal-karti lejn il-Police Headquarters fil-Furjana?

Tiftakruhom lil dawk li marru jikkampjaw quddiem Kastilja?

Tiftakruhom lil dawk kollha li ghal dawn l-ahhar xhur zebilhu kemm felhu lill-Korp tal-Pulizija?

Tiftakruhom kemm minghalihom dahhku lin-nies?

Tiftakruhom jghajjru lill-Kummssarju tal-Pulizija?

Tiftakruhom jghajjru lill-pulizija Maltin li huma nkompetenti?

U zguuuuur li tiftakruhom.  U importanti li ma ninsewhomx.  Dak in-nhar li zebilhu lill-pulizija baghtu messagg li l-pulizija ma haqqhomx rispett.  Li l-pulizija qieghdin hemm ghalxejn.  Li l-pulizija huma nkompetenti.  U dawn il-ponn ta’ pcielaq sabu s-sapport ta’ esponenti skaduti tal-Partit Nazzjonalista.

Issa gara li kien hemm pulizija li kien qed jaghmel xogholu sewwa u ta’ dan spicca mtajjar u mkaxkar tul triq shiha.  Arroganza ta’ tifel ta’ sbatax-il sena gabet pulizija w ragel tal-familja jissielet ghal hajtu.  Tifel irresponsabbli li flok dahal go qoxortu quddiem il-forza tal-ordni, tajjar lill-pulizija.  F’daqqa wahda, dawn l-istess nies li tant pecilqu kontra l-pulizija qed jghidu ‘Miskin’.  Qed jghidu li huma ‘Brothers in Uniform’.  Qed jippostjaw ‘We support and pray for our police’.  Sahansitra jiddandnu bil-‘Police Lives Matter’.  

Tal-misthija. 

Ara veru trid tkun wiccek u kullimkien xorta!

Drinu-Trin-Trin, issa biddiltha d-diska mzarzra li kienet wehlitlek go dik il-gerzuma ta’ papru?  Issa taf li ghandek dejjem turi stima w rispett lejn il-pulizija?   Int inqdejt bi tragedja sabiex tahleb gwadann politiku bl-intenzjoni perversa li tiehu xi forma medjokri ta’ vantagg politiku pwerili.  

Isthi u isthi!

 

**************

Is-Sindku tal-Belt, id-Dottore Alexei Dingli!

Iehor dan li ma jafx jisthi. 

L-ewwel mar jiddandan, jippoppa w jizzattat ma’ Jason Azzopardi fil-ftuh tal-V18 u issa qed jiddizassocja ruhhu mill-V18.  Flok jirringrazzja ‘l Alla li kellha tkun il-V18 biex titranga l-belt!  Ghax bih bhala Sindku, il-belt kienet mitluqa ghal kollox bl-izdingar u rwejjah jintnu ma’ kull kantuniera. 

Imma, biex inkunu gusti, tajjeb li nsemmu wkoll ix-xoghol li kontinwament jaghmel is-sindku.  Aqtghu x’inhu?? L-uniku haga li s-sindku dejjem ghaddej fuqha hija li dejjem jizdiedu l-kaxxi hodor tal-parkeggi rizervati ghar-residenti biss.  Ovvjament dawn il-kaxxi hodor ma jaqghux mis-sema.  Ghall-bravu Sindku, kull skuza hi tajba sabiex jaqbad xi hames kaxxi bojod, minn dawk li jista’ jipparkja l-poplu fihom, u jaghmilhom hodor! 

Eeeeehhhhh is-Sindku!  Ghogbu s-siggu w jibza’ ghal tieghu BISS hux!

Tieghi, TIEGHI.  Taghna, TAGHNA, Taghkom, TAGHKOM!!

U ma jaghtina xejn.  Jehdilna biss!