Nas u t-Tritoni tal-Belt!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/05/13/nas-u-t-tritoni-tal-belt/

U Nas fettillu jigi Malta.  Ma nafx ezatt kif sab lil din il-bezqa ta’ gzira go nofs il-Meditterran fejn halla l-karkura x-xitan.  Izda li hu zgur hi li dahal bejn basla w qoxritha u gralu bhalna l-Maltin.  Spicca ballun politiku!  U beda jistaghgeb u jitghaggeb dwar l-importanza tal-politika f’pajjizna.

Imma Nas, xbin, x’kont qed tippretendi?

Malta hija gzira zghira fejn kwazi qatt ma jigri xejn.  Il-gazzetti w l-ahbarijiet iridu jimlewhom b’xi haga hux!   Tant ma jigri xejn li z-zjara ta’ Nas kienet ahbar sensazzjonali w kullhadd jghid biha.  Ovvjament il-partiti politici rikbu l-karru ta’ Nas u wzaw l-logo li hareg bih hu ‘Oh My Malta!’.

U Nas ha ghalih!

Biex tghaxxaq bdiet iddur l-ghajta li Nas gie Malta sabiex jaghmel riklam ghall-bejgh tal-passaporti.  Bdew jghidu wkoll li thallas biex gie Malta.  Meta smajtha din tghidx kemm dhakt.  Ara dan Nas kellux bzonn jigi Malta biex jaghmel il-minuti tieghu.

Wahda naf zgur.  Ma xtarax passaport Malti!…u ma nahsibx li ser jerga jersaq ‘l hawn.

Imma ghalmenu qabel ma telaq organizza mawra sal-Bajja tat-Tritoni.  It-Tritoni qatt qabel ma kienu raw daqshekk nies.  Lanqas Jason Micallef, dak tal-V18 li sar famuz mad-dinja kollha, ma rnexxielu jigbor daqshekk nies madwar it-Tritoni.

U fl-isfond ta’ dan kollu, Maltawinds ghamlet intervista mat-Tritoni.

Demia:           Bongu, kif intom?

Cikku t-Tritun:         Issa tajbin hafna.  Konnu nsejna x’kulur kellna imma naddfuna wahda sewwa bil-broxk u hadna r-ruh.

Demia:           Ghamlulkom pjazza sabiha madwarkom.  X’tahsbu dwarha?  Ghogbitkom?

Pacifku t-Tritun:     Eeee u zguuuuur!  Pjazza bhal din.  Almenu m’ghadniex gol-foga tal-exhaust riha ta’ chips.

Demia:           U kellkom zewg avvenimenti mportanti dan l-ahhar.  Kif mortu?  Hadtu pjacir?

Wenzu t-Tritun:      Uuuuu xi hlew dak Nas.  Jaqbez ‘l hawn u ‘l hinn qiesu kangaroo.  Ma nafx minn fejn inqala’ dak.  Qatt ma rajna xejn bhalu.  U wara kellna maghna wkoll lil Joseph il-Kbir ta’ Malta.  Insomma, hsibnih akbar ahna ghax fuq it-televizjoni tahsbu li fih ragel.  Nahseb li jippoza ma’ nies tad-daqs tieghu biss.  Filfatt ma giex jippoza hdejna.

Demia:           Dik il-plattina hemm!  Ilkom izzommuha fuq raskom.

Pacifku t-Tritun:     Uuuuu x’qed issemmi!  Ghal naqra ma spiccatx trab.  Jumejn ilu giet wahda, fiha qabda man, tixxemmex taht imnehirna bil-bikini.  Gennitna tindilek u ddur.  Cikku, it-Tritun ix-xih taghna, qabditu roghda w tferfir.  Wenzu, it-Tritun l-ikrah, beda jdawwar rasu biex forsi jaraha lil din il-bomba li kellna mixhuta tilghaq ix-xemx.  Jien ibbist nara mazza bhal dik.  U f’hin minnhom l-plattina bdiet ticcaqlaq.  Ma nafx kif zammejniha ghax kienet sejra ghal’isfel.

Demia:           Intom bis-serjeta jew?  Qieskom qatt ma rajtu mara!

Wenzu t-Tritun:      X’tara?  B’dak il-hmieg li kellna f’ghajnejna jew?  Imbaghad gew dawk it-tlett pulizija qishom gabas.  U ghal giehna tlieta gew!  Gew minhabba dik tal-bikini.

Demia:           X’qalulha?

Cikku t-Tritun:         Wiehed staqsiha tridx Pina Colada.   L-iehor staqsiha jekk kelliex bzonn xi dilka sunblock.  U t-tielet wiehed sefsfilha xi haga f’widnejha.

Demia:           X’qalilha?

Wenzu t-Tritun:      Ma nafux x’qalilha izda hatfitlu l-berritta w bdiet taqbizlu fuqha.  L-iehor dabbar daqtejn ta’ basket u l-iehor spicca mxarrab ghasra.

Demia:           Mela xehtitu fil-funtana?

Cikku t-Tritun:         Leeeee!  Dak fajjart tnejn jien b’denbi ghax qazzuni u nzerta kien fejn impalajt nofs l-ilma tal-funtana ‘l barra.

Demia:           U mbaghad?

Cikku t-Tritun:         Imbaghad gew tan-NET jiffilmjaw l-ilma li tajjart jien w qalu li x-xoghol tal-funtana ma sarx sew ghax qed taghmel l-ilma w talbu li ssir investigazzjoni.  Ha, Ha, Haj!