Il-PD kontra kull tip ta’ estenzjoni taz-Zona Industrijali ta’ Bulebel

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/03/05/il-pd-kontra-kull-tip-ta-estenzjoni-taz-zona-industrijali-ta-bulebel/

Il-lejla ser jiltaqgha l-Kumitat Permanenti tal-Ambjent u l-Izvilupp fuq talba tal-Oppozizzjoni tal-Partit Demokratiku dwar l-estenzjoni taz-zona industrijali ta’ Bulebel fiz-Zejtun. Il-PD talab biex rapprezentanti tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, Superintendenza tal-Wirt Kulturali, Malta Industrial Parks (MIP), Awtorita ta’ Ippjanar, Awtorita tal-Ambjent kif ukoll id-Direttur Generali tal-Ambjent, is-Segretarju Parlamentari Hon Chris Aguis u l-Ministru Dr Chris Cardona jixhdu quddiem il-kumitat.

Ghalkemm il-l-Oppozizzjoni tal-Partit Demokratiku ser tisma u tevalwa dak li ser jintqal fil-Kumitat, il-PD hu kontra kull zvilupp ta’ dawn l-inhawi rurali, li huma diskritti fil-Pjan Lokali ta’ Nofsinhar ta’ Malta (2006) bhala art agrikola ta’ valur gholi li tinkludi Wied iz-Zring. Qed jinghad li l-proposta originali ta’ 157,000 metru kawdru ta’ art li ser ttiehed minn din iz-zona elenkata bhala ‘area for further studies’ ser titnaqqas ghal 48,000 metru kwadru bhala soluzzjoni gustifikata tal-estenzjoni proposta. Il-PD itenn li ma jaqbilx lanqas ma dan is-suggeriment, li wara kollox hu kompromess finta, ghax dan kien il-hsieb originali tad-direzzjoni tal-gvern. L-ebda metru kwadru ma ghandu jittiehed minn din iz-zona agrikola ghax la hu ggustifikat b’ mod xjentifiku u lanqas bi pjan ta’ sostenibiltà.
Infakkru li l-art imsemmija ghandha kwalitajiet ta’ ftuh li hu kapital naturali, biodiversita rikka, msagar ta’ harrub u zebbug, raba ikkultivat, produzzjoni ta’ ghasel Malti u grajja ta’ gensna li tehodna ghal zmien l-oqbra punici, fdalijiet Rumani, binja li kienet parti minn knisja medjavali, razzett tal-Gran Mastru Ramon Perellos u xelters tat-Tieni Gwerra Dinija.

Il-PD kien ghamel diversi mistoqsijiet parlamentari f’ Jannar dwar il-proposta ta’ din l-estenzjoni u jidher car li hemm lok li b’rieda tajba jistghu jinstabu spazji battala f’ zoni industrijali ohra madwar Malta fejn ma hemmx art agrikola. Fl-istess waqt il-PD jitlob lill-gvern biex ihaffef il-kawzi kontra sidien li jippossjedu fabbriki li jinghataw b’ koncessjonijiet u m’humiex  jintuzaw kif suppost. Hemm ghaxra.

Il-PD jinnota li hu nutli li l-gvern qed jinheba wara MIP, meta d-decizjoni ahharija hi tal-ezekuttiv. Il-PD jfakkar li l-iSPED jaghti direzzjoni politika cara dwar uzu ta’ art u ghal daqstant jezigi li l-gvern jimxi ma dak li hu mwieghed.