Onorevoli Edwin Vassallo, lilek qed nghid!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/01/28/onorevoli-edwin-vassallo-lilek-qed-nghid/

Int ivvutajt kontra l-ligi dwar il-vjolenza domestika.  Ir-raguni tieghek hija bazwija w tirrifletti l-mentalita’ mgandra t’individwi foqra fl-ispirtu ntern taghhom.  Avolja kellek hanqa ta’ hmar, imma xorta bqajt tonhoq.

Jien vittma ta’ vjolenza domestika w ghaldaqstant jien ghandi d-dritt li lilek nikkritikak u niggudikak dwar ghemilek.  Zewgi pprova joqtolni fil-prezenza t’uliedi.   Biex ma nirrappurtahx, infexx jheddidni b’dawk li huma l-aktar ghal qalbi w marbuta maghhom – uliedi.  Ipprovajt nirranga s-sitwazzjoni, bejn ghax bdejt nibza mit-theddid tieghu w bejn ghax ma ridtx lil uliedi jaraw lill-missierhom mixli l-qorti.

Imma kont zbaljata bil-kbir.

Jien m’inix mara bla skola.  Jien gradwata mill-Universita’ ta’ Malta.

Jien ma niddependix finanzjarjament fuq zewgi.  Jien nahdem u ghandi paga bizzejjed biex immantni lili nnifsi w lill-uliedi.

Il-vjolanza domestika ma tharisx lejn ucuh.  Ma taghmilx eccezzjonijiet.  Hija biss il-biza’ u l-umiljazzjoni ta’ nisa bhali li jippermettu li rgiel vjolenti jibqghu jduru fis-socjeta’.  L-akbar hsara li saret lill-uliedi ma kinitx li raw lill-missierhom jipprova joqtolni izda kienet li jien ma rrappurtajtux lill-pulizija w ghalhekk bqajna nghixu f’ambjent god-dar mifni bid-dwejjaq u l-biza’ ta’ dak il-mument vjolenti.

Kien biss bl-ghajnuna w l-kuragg li tawni tal-Appogg u tal-Victim Support Unit tal-pulizija li jien wasalt biex ghamilt rapport.  Kienet iebsa ghalija li cempilt lil Appogg u lill-pulizija.  Imma huma ma qatghux qalbhom jippruvaw jghinuni.  Baqghu jcempluli.  Spjegawli li jekk jien ma naghmilx rapport, zewgi kien ser jibqa’ jikkontrollani bit-theddid. Spjegawli li avolja kienu ghaddew ix-xhur mill-incident, jien xorta stajt naghmel ir-rapport u li xorta jkun validu.

Qed insemmi dawn l-affarijiet ghax dawn kollha kienu parti mill-bizghat tieghi w jien certa li dawn huma wkoll il-bizghat ta’ nisa ohra bhali li ghaddew minn esperjenza kerha bhal din.  Esperjenza li tkissirlek il-hajja tieghek.  Esperjenza li ggaghlek tmiss il-qiegh u tiggieled mieghek innifsek biex terga’ tqum fuq saqajk.

Meta int, Onorevoli Edwin Vassallo, ivvutajt kontra din il-ligi, kont qed tidhak f’wicc nisa bhali.  Kont qed tghidilna li l-kuragg li kellna nsibu gewwa fina biex nibqghu nghixu ghal uliedna kien bla valur ghalik.

Ahna n-nisa, li jirnexxielna nqumu fuq saqajna w nrabbu bizzejjed kuragg biex nirrappurtaw lill-missier uliedna, nkunu qed nikkumbattu l-vjolenza tas-socjeta’ shiha w mhux tan-nukleu familjari taghna biss.  Dan ghax ragel li huwa vjolenti ma’ martu, huwa vjolenti ma’ kull mara ohra w l-vjolenza ghandha hafna aspetti differenti.

Irgiel li jaghmlu vjolenza domestika m’ghandhomx rispett lejn in-nisa.

Irgiel li jaghmlu vjolenza domestika jistghu juzaw tipi ta’ vjolenza ohra bhal theddid, ntimidazzjoni w diskriminazzjoni sesswali ma’ nisa ohra fuq postijiet tax-xoghol.

Irgiel li jaghmlu vjolenza domesika ma jiddejqu xejn jitnaffru ma’ mara sakemm tkun qed tipparkja jew tnizzel lill-uliedha minn go karrozza.

Irgiel li jaghmlu vjolenza domestika ma jiddejqu xejn jumiljaw nisa ohra specjalment dawk li jinzertaw ahjar minnhom.

U int, Onorevoli Vassallo, int ivvutajt kontra din il-ligi.  Missek tisthi!

Leave a Reply