Pajjizna jitlob ghemil tajjeb mill-Gvern – Partit Demokratiku

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2018/01/09/pajjizna-jitlob-ghemil-tajjeb-mill-gvern-partit-demokratiku/

Hu fatt li l-Kostituzzjoni ma tiddetta l-ebda  dover biex il-gvern jaghti kont ta’ ghemilu. Daqshekk hi dghajfa. Il-gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat jafu sew dan u jidher li l-weghdiet tal-manifest elettorali saru hazz fl-ilma.

 Il-Partit Demokratiku jinnota li l-ghotja tal-kuntratti m’huma xejn hlief pro-shady-business li lkoll ghandhom fizjonomija ewlenija. L-ebda negozjant f’ sensih qatt m’hu ser jaghti dak li hu tieghu meta d-deal ikun kontrih. Fil-kaz tal-gvern dan jidher, bic-car fost l- ohrajn, fl-Electrogas, Cafe Premier, Vitals, art AUM, Crane Currency u art ITS.

 F’ anqas minn erba’ xhur l-Oppozizzjoni tal-PD talbet lill-Ufficcju tal-Awditur Generali biex jinvestiga l-andament xejn korrett ta’ Smart City u dak tal-Vitals. Il-PD jinnota li fil-kaz ta’ Smart City l-Oppozizzjoni tal-PN mhux talli ma tkellmitx u ghamlet dmirha, talli lanqas biss hadet l-azzjoni necessarja biex issir din it-talba lil Awditur Generali minkejja li hi rapprezentata fil-Kumitat Permanenti tal-Kontijiet Pubblici. Jiem ilu l-Oppozizzjoni tal-PD ghamlet sejha biex t-trasferiment tal-kuntratt minn Vitals Global Healthcare ghal Steward Healthcare jigi nvestigat mill-istess ufficcju u issa li l-PN qed jaqbel, l-Oppozizzjoni Demokratika tilqa din is-shubija ghal din is-sejha.

 Hu fatt ukoll li minkejja li l-Awditur Generali jinvestiga l-kazijiet mressqa lilu jew minn jeddu, din l-istituzzjoni awtonoma ma ghandix setgha li tassigura li l- amministrazzjoni pubblika twettaq dak li jixhed ir-rapport taghha. Il-Partit Demokratiku jinnota wkoll li billi din l-istituzzjoni b’ mod tekniku ma jkollix vot fil-budget, ghax hi taqa’  taht l-amministrazzjoni tal-Parlament, ir-rizorsi mehtiega biex taghmel hidmietha mhux dejjem facli jintlaghqu u ghalhekk xogholha mhux dejjem isir f’waqtu. Ezempju car hu dak tal-Electrogas li issa dahal fit-tieni sena ta’ investigazzjoni minn dan l-ufficcju. Il-PD jfakkar u jerga jsaqsi. X’ kienet ir-raguni li l-Prim Ministru zar dan l-ufficcju meta mhux skond il-protokol?

Il-PD jisfida lill-gvern billi jitkellem favur it-trasparenza u b’ ghemilu jwettaq zewg hwejjeg:

Jaqbel li l-Awditur Generali jinvestiga dawn il-kazijiet u l-gvern jieqaf jinheba wara subghajh.

Jekk il-gvern vera ghandu herqa li f’ Malta ikollna ic-checks and balances responsabbli u li jharsu t-twettiq ta’ governanza tajba jaghti b’ mod immedjat (i)rizorsi umani, teknologici u finanzjarji biex l-Ufficcju jahdem b’ efficjenza u fi zmien ragonevoli (ii) jaghti s-sahha mehtiega biex c-civil iwettaq il-konkluzjoni li kwalunkwe rapport jasal ghalih.

Il-PD jiehu l-opportunita u jfakkar li l-gvern ghandu sfida ohra li ghadu ma dahalx ghaliha, dik li b’ avviz legali l-Prim Ministru jaghti s-setgha biex klawsoli 21 sa 35 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika Kapitlu 497 jigu fis-sehh, halli c-civil jkollu l-poter, il-mertu u l-ghodod amministrattivi necessarji li jahdem minghajr inflwenza politika.