Lola’s Hairdressing Salon

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/11/24/lolas-hairdressing-salon-11/

Every Wednesday morning at nine o’clock, you will find Rose, Gemma and Vanna at the hairdresser. They are the regulars…and they found the cannabis!!

Gemma:         Wasanna Lola.  Fejn hi Vanna?  Da x’kien ghadha ma waslitx?

Rose:              Good morning pupi qalbi.  Veru tafx, where is Vanna?

Gemma:         Ibda lili Lola halli nlestu malajr illum.

Rose:              Ma felhitx ghaliha the damdima by the MEPs.  Barranin dawk.  Ma ticcajtax.  No fooling around.

Vanna:           Haw’ Lollie.  Domt ftit illum.  Rowzie hi, mhux billi trid il-ful, dak mhux zmienu bhalissa.  Tista’ mhux iddum iddur ghax frisk ma ssibx.  Tal-friza jew niexef.

Gemma:         Xi gralek Vann?

Vanna:           Mort girja nixtri xi affarijiet tal-presepju.  Kull sena jew inkissru xi pastur, jew inzidu n-naghag.  Insomma, dejjem nonfqu.

Rose:              Now mhux l-Aqwa Zmien.  Onfoq! Onfoq, Vanna dearie.

Vanna:           Ha nghidlek xbin, jien pastur immur nixtrih.  Intom pastur poggejtuh Kap tal-Partit.  U taf liema pastur hu?  L-Ghageb tal-Presepju!

Gemma:         Ha nara xi xtrajt.  Urini Vanna.

Vanna:           Hawn ara.  Kien inkisirli s-Sultan Magi tal-Incens.  Rajt dan l-anglu w ghogbni.  Ara xi hlew.

Gemma:         Dawn il-pasturi godda tal-plastic.  Ma jinkisrux.  Tieghek l-antiki tat-tafal heqq hux! Jinkisru anki biz-zmien.

Rose:              Hemm x’ghandek?  What’s that?  Missek tisthi.  Qbadtek Vanna.

Vanna:           Int qed tiggennen jew?  X’ghandi?  Ara naqbdekx wahda jien dalghodu u nghasrek bhal lumija u nixxuttjak ‘l hemm.

Rose:              Hemm.  Hemm.  Dik borza cannabis.  Diga qed tabbuzaw with the new law.  Qbadtek.  Nirrappurtak.

Vanna:           Ghal dil-borza qed tghid?  Din taf x’inhi?  Din borza haxix tal-presepju.

U Vanna hatfet il-borza tal-haxix f’idha, qamet minn fuq is-siggu u bdiet tfajjar lil

Rose go rasha bil-borza tal-haxix…

Vanna:           Ja ghajjura!

SPLAHH, daqqa ta’ borza…..

Vanna:           Ja njuranta!

SPLAHH, daqqa ta’ borza…..

Vanna:           Ja mbicilli!

SPLAHH, daqqa ta’ borza…..

Vanna:           Ja gidra!

SPLAHH, u l-borza nfaqghet.

Il-haxix tar ma kullimkien.  Rose bdiet tghajjat kemm tiflah.  Gemma kienet ghadha ma fhemitx x’gara.  Lola marret tigri ggib pala w xkupa…U wara li lestiet minn xagharha, Vanna kellha terga’ tmur tixtri borza haxix ohra ghall-presepju.

 

Leave a Reply