VOX POP Dwar Adrian Delia u l-Loghob Olimpiku ta’ Malta

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/11/19/vox-pop-dwar-adrian-delia-u-l-loghob-olimpiku-ta-malta/

Bhalissa Dr Adrian Delia, il-Kap il-gdid tal-Partit Nazzjonalista, huwa wiehed mill-aktar personaggi famuzi fil-pajjiz.  Ghaldaqstant, Demia marret Bieb il-Belt, insomma, marret f’Xaqq il-Belt, u ghamlet Vox Pop dwar il-famuz Adrian Delia.  Araw x’qalu n-nies…..

Demia:       Sinjura, inti taf min hu Dr Adrian Delia?

Sinjura 1:   U zgur li naf.  Gmiel ta’ ragel.  Bravissimu.  Ipoggih f’postu lil dak Joseph.

Demia:       Sinjura, x’tahseb li kienet l-akbar bidla li ghamel s’issa Dr Delia bin-NEW WAY?

Sinjura 1:   Eeee ara!   Mela int m’ghandekx ghajnek f’wiccek jew?  Mela ma rajtiex id-Dar Centrali kif gabha.  Ghamel tizjin il-gmiel tieghu.  Bidilha totalment.  Tghidx kemm ahna ferhanin.  Mhux talli NEW WAY imma sahansitra NEW LOOK ukoll!  Anki l-Arcisqof tghidx kemm ghogbitu.

Demia:       Sinjur, nixtieq nistaqsik dwar il-Kap il-gdid tal-Partit Nazzjonalista.

Sinjur 1:     Bicca mbarazz bla gost dak.  Insomma, staqsini.

Demia:       X’tahseb li huwa l-passatemp favorit ta’ Adrian Delia?

Sinjur 1:     Bla dubju li dak gurnata shiha jilghab bil-playstation.  Gharukaza.  Missu jisthi.  Mar fuq il-televizjoni, basta mar jippoppa, u jilghab b’idejh taparsi ghandu l-playstation.  Dak vizzjat bil-playstation.  Hekk mohhu biss.Imbarazz dak!

Demia:       Bil-mod sinjura.  Kont ser tahbat go fija.

Sinjura 2:   Int x’it taghmel fin-nofs.  Warrab.  Zu ‘l hemm!

Demia:       Sinjura, qed naghmel Vox Pop dwar Adrian Delia.  Inti taf min hu?

Sinjura 2:   U zgur li naf min hu!  Int xi hsbtni, eh?  Iccassata bil-beraq u s-sajjetti jew?  Adrian huwa l-Kap tal-Kbir Partit Nazzjonalista.  Ragel tal-affari tieghu.  M’ghandux xi tmaqdar fih.  Perfett ghall-partit kbir u b’sahhtu taghna.  Jien nitlob ghalih biex ma jishtuhx dawk il-laburisti ghajjurin.

Demia:       Sewwa, sewwa.  Verament ghandu bzonn it-talb ghax miraklu jrid ikun biex forsi jingabar.  Ma tahsibx li l-Anglu Kustodju tieghu qed jipprotegih?

Sinjura 2:   U zgur.  Dak ghandu lil Dr Borg Cardona tarka warajh.  Borg Cardona qaddis.  Hareg ghonqu bil-banana f’idu ghalih!

 

Demia:       Sinjur, qed naghmlu Vox Pop dwar Dr Adrian Delia.

Sinjur 2:     Uuuuu!  Sibtu fuq min taghmluh.  Staqsini, staqsini.

Demia:       Liema tahseb li huwa l-annimal favorit ta’ Adrian Delia?

Sinjur 2:     In-naghmu zgur ghax, ha nghidlek, qiesu tewmi mieghu bil-FULL STOP b’kollox.

Demia:       Naghmu qed tfisser Nagham, Ostrich, Struzzo?

Sinjur 2:     Ezatt qed tghid.  Stronzo.  STRON-ZO!  Ghax veru ragel imbicilli w pastaz.  STRON-ZO!

Demia:       Sinjur, qed naghmlu Vox Pop dwar Dr Adrian Delia.

Sinjur 2:     Uuuuu!  Sibtu fuq min taghmluh.  Staqsini, staqsini.

Demia:       Liema tahseb li huwa l-annimal favorit ta’ Adrian Delia?

Sinjur 2:     In-naghmu zgur ghax, ha nghidlek, qiesu tewmi mieghu bil-FULL STOP b’kollox.

Demia:       Naghmu qed tfisser Nagham, Ostrich, Struzzo?

Sinjur 2:     Ezatt qed tghid.  Stronzo.  STRON-ZO!  Ghax veru ragel imbicilli w pastaz.  STRON-ZO!

Nota: Ir-ritratti uzati fil-Vox Pop ittiehdu minn facebook posts li saru minn persuni dfferenti.

********************************************

Forsi ftit minnkom jafu dwar l-Loghob Olimpiku ta’ Malta.  Anki c-crieki ghandna.  Hawn arawhom fir-ritratt.  Erba’ crieki li jirraprezentaw lil Malta Ghawdex, Kemmuna w Manoel Island.  Ghamluhom fix-Xatt ta’ Bormla ezatt quddiem l-American University.  Kemm huma sbieh hux.  Meravilja.

Diga saret l-ewwel kompetizzjoni.  Din kienet dwar it-thaffir tal-mini taht l-art.  Rebhu hands down tal-Enemalta bil-Mina taghhom mill-Marsa sa Hal Qormi.  Tal-Mina bejn Malta w Ghawdex nahseb li lanqas semghu s-suffara ghax ghadhom lanqas biss telqu mill-linja START!

Ghadha ghaddejja l-kompetizzjoni bejn il-kostruzzjoni ta’ Triq Cachia Zammit fiz-Zejtun u l-Pont ta’ Triq Regjonali.  Jien nahseb li l-pont ser jirbah din it-tieni kompetizzjoni.  Iggudikaw intom mir-ritratt tax-xogholijiet taz-Zejtun.  Inzommkom infurmati.

Leave a Reply