Min hadlu l-Gazaza lil Delia??

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/11/12/min-hadlu-l-gazaza-lil-delia/

Madoffi santissima xi gralna!  Dan Delia ma jridx jieqaf jghajjat.  Gabli mohhi qiesu zbiba bl-ghajjat fil-vojt Ii ghandu.  Arawh.  Arawh x’inhu jaghmel.  Dan kollu beda minn mindu xi hadd mar fettillu johodlu l-gazaza.  Ovvjament, bhas-soltu, wehel il-Prim Ministru.  Ara l-Prim x’ghandu x’jambiha l-gazaza ta’ Delia!

“Int, Joseph, hadtli l-gazaza.  Irridha dik.”

“Gazaza wahda kelli.  Wahda biss.  Irridha lura.

W-A-H-D-A !”

“Issa irridha lura.  Qed tismaghni sew?  I-S-S-A!”

“Jekk mhux ser taghtihieli, H*QQ ser nibda nibki, insabbat w nwerzaq!”

F’gieh kemm hemm!  Xi hadd isiblu dik l-imbierka gazaza ghax ma nifilhux aktar.  Jew, ghamlu kapricc, morru ixtrulu ohra.

*************************

Dan Delia, hlief kliem ta’ glied, firda w hdura ma johrogx minn fommu.  U meta, rarament tarah kalm bl-ingravata hamra, xorta jkun hiereg kliem ta’ zikar jew ikun ironiku bla sugu.  U mhux wahdu qed ikattar il-firda w l-mibgheda.

Kif jghidu, History repeats itself.

U hekk qed jigri.  Ergajna gejna fiz-Zminjiet tad-Dlam tal-Knisja go Malta meta l-Arcisqof Gonzi kien neza’ r-responsabbiltajiet tieghu bhala rapprezentant ta’ Kristu w sar il-Commando Tal-Partit Nazzjonalista.  Dak iz-zmien kien hemm l-Arcisqof Gonzi, issa hemm l-Arcisqof Scicluna.  Dan tal-ahhar, l-istess qed jaghmel.  Ikattar il-firda.  Missu jisthi.  Flok izomm l-ghaqda fost il-Malti u l-Ghawdxin, ixewwex u jizra l-mibgheda.

Allura, ghidilna Sur Arcisqof, lil-Laburisti ser terga tibda taghmlilhom l-interdetti w tidfinhom fil-mizbla int ukoll?  Ser ikollhom jibdew jizzewwgu wara l-artal?  Importanti li hadd ma jinsa minn xiex ghaddew il-laburisti.  Kemm batew il-laburisti.  Qed nghid hekk, ghax kultant inhoss li hemm min konvenjentament qed jinsa dan kollu w hafna hafna aktar.

Stejjer tal-Wah Wah WAHX!

U fl-isfond ta’ dan kollu, kull filghodu jien nghaddi minn quddiem Kazin tal-Partit Nazzjonalista partikolari fil-pajjiz.  Araw x’jismu l-kazin!  DAR IR-RIKONCILJAZZJONI.   Warrbuli ghax qabadni dardir qawwi.

****************************

U fuq tema differenti, gibtilkom ritratt.  Qed tarawh dak l-iskammel.  Wieqaf fin-nofs tat-triq b’serbut karrozzi warajh.  Dan mhux l-ewwel darba inzertajtu w konvinta li ntom il-qarrejja tinzertaw dawn ic-cirkustanzi waqt is-sewqan taghkom.  F’dan il-kaz imma, qabditni tikazzjoni qawwija ghax s-sewwieq tal-iskammel seta’ facilment waqaf fil-genb quddiem dak il-garaxx griz sakemm gie migbur l-iskart.  Imma le.  Il-KING ghandu dritt li jqazzez lil kulhadd.  U jekk iddoqqlu l-horn, johrog joffendik.  Dak il-KING!

Ara veru muntun!