Ix-Xufier tal-Ministru, Xarabanks u kif fl-ahhar ser insibu z-Zejt!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/10/15/ix-xufier-tal-ministru-xarabanks-u-kif-fl-ahhar-ser-insibu-z-zejt/

Mela wahda minn dil-gimgha wara nofs in-nhar kelli aptit ta’ latte macchiato.  Mort Rahal Gdid u ppruvajt nipparkja fil-pjazzetta ta’ quddiem il-berga.  Bhal dejjem, kienet ippakkjata bil-karrozzi.  Jien bqajt nistenna bil-kwiet gol-karrozza sakemm jitlaq xi hadd.  Fil-pront tfaccat karrozza kbira w sabiha.  Ix-xufier dahal gass mal-pjanca ghal gol-pjazzetta.  Lili kwazi hadli l-genb tal-karrozza.  Dan ippretenda li jqabbizni halli jipparkja hu.

Tghid mhux hekk!  Kelli leblieba bhal dik!

Jien bdejt nghajjat, ‘Oj, Oj!’, biex ma jkissirlix karrozza.  Il-parker gie jigri w beda jghidlu li ma kienx hemm post fejn jidhol.  Ix-xufier tal-karrozza qabad ikellimni hazin.  Il-parker beda jsikktu.  Ix-xufier hareg jghajjat mill-karrozza li hu kien ix-xufier tal-Ministru w li kulhadd kellu jwarrablu.  Ar’hemm hej!  Warrablu lil onorevoli xufier!  Jien ma nafx jekk hux veru li kien xufier ta’ xi Ministru.  Naf biss li kien pastaz tal-prima kwalita’.  Bodbod splodut.  Bicca mbarazz.  U jekk veru kien xufier ta’ ministru, b’ghemilu hammar wicc il-gvern.

Arroganti, muntun, jaqq!

************

Qed tarawh dan ir-ritratt?  Kull filghodu insib l-istess paprata.  Xarabanks daqsiex iridu jghaddu minn toroq dojoq fl-aghar hin tal-gurnata.  Tafu x’konfuzjoni tohloq xarabank malli tasal f’dan l-inkrocju go Hal Tarxien li jaghti ghal Triq il-Palma?  Konfuzjoni papali.

Qiesek qed tipprova tghaddi patata nejja minn go passatur.  Jew qiesek qed thawwad iz-zokkor b’kuccarun go kikkra tal-kafe’ espresso.  Mhux opri tal-genn dawn.  Din hija l-opra tal-genn tad-Dottore Austin Gatt meta kien gab dawn ix-xarabanks daqsiex tal-ARRIVA u Ii issa ghadna mwikkija bihom fil-Leon.  Dawn kienu xarabanks li xtrawhom mic-Cina.  X’jimpurtahom li riedu jghaddu mit-toroq imserrpin u dojoq ta’ Malta!  Anzi hlisna minn dawk ix-xarabanks twal doppji.  Kien mn’Alla li hadu n-nar!

Hallas it-taxxi Piet!  Minn fuq darek tghidx kemm iffangaw go noodles u spring rolls tal-Klikka ARRIVA.

************

Kemm niehu pjacir naqra bl-istudji geologici li qed isiru fil-fliegu bejn Malta u Ghawdex.  Taf kemm ilna naghmlu studji hux!!  Inbidel il-gvern u l-istudji ghadhom ghaddejjin.  Donnu kulhadd irid mina taht l-art u taht il-bahar.  Kemm fraht meta qrajt li hadu kampjuni minn fond ta’ 200 metru blat ta’ taht il-bahar.  Isma’, jien ma nifrahx minhabba l-mina tafx.  Jien niehu pjacir immur mawra s’Ghawdex u naqsam bil-vapur.

Jien nifrah ghax b’dawn l-istudji kollha, forsi fl-ahhar insibu z-zejt.  Mhux inhaffru gol-blat qieghdin?  Mhux hekk jaghmlu meta jhaffru ghaz-zejt?  Iz-zejt xbin!  Ahna dak ghandna bzonn.  Iz-zejt.  Mela nkomplu nhaffru Piet.  Fl-ahhar xi haga nsibu.  Jekk mhux zejt forsi nsibu l-gass.  Jekk mhux gass forsi nsibu r-raguni w nhallu l-vapur.

Haffer, haffer, Piet!