Xita, tgergir u fjuri!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/10/08/xita-tgergir-u-fjuri/

Ghamlet ix-xita!   Bhal kieku qatt ma rajna xita go Malta.  Kif erba’ bezqiet xita jmissu mat-tarmac, it-traffiku jehel kullimkien.  Nikkonkludi li l-Maltin ma jafux isuqu fix-xita.  Mur gibna konna nghixu fit-tropici fejn taghmel kwarta dulluvju kwazi kuljum!  Mhux qed nghid ghal fejn issib triq b’xi ghadira daqshiex li tahsbek qieghed il-Lochness, bil-monstru b’kollox, li tixref minn xi gallarija tixgher u twerzaq li qed ittajjrilha l-ilma mal-faccata.  Ara xbin, fit-test tal-licenzja ghandna nzidu li jaghtuk xebgha ilma bil-pajp w trid toqoghod iddur go fih bil-karrozza.  Hekk!

Ara naqra l-egoizmu tan-nies kif jikrea serbut karrozzi qiesu dudu twil.  U erhilha kulhadd idoqq il-horn.  Ir-ritratt t’hawn taht huwa Triq Borg Olivier il-Mellieha.  Dak tal-vann abjad waqaf fin-nofs jistenna lit-turisti.  Minhabba li t-triq dejqa, inqala pandemonju.  Imma x-xufier tal-vann ma jimpurtahx.  L-aqwa li nqeda hu.  Mhux hekk.  Bodbod prim!

Dan huwa ritratt iehor fi Triq San Klement iz-Zejtun.  X’jimpurtah tat-trakk li ghalaq l-uniku triq li taghti ghar-Rahal t’Isfel minn naha ta’ Haz-Zabbar.  L-aqwa li jinqeda.  Bodbod iehor!  X’jimpurtah minn nies.  Forsi fil-garigori ta’ mohhu minghalih li nsuqu helicopters u ntiru.  Mhux hekk hux.

Ara veru ahna pajjiz tal-Maltese gemgem.  Ghandna xorti li ghandna gvern li huwa determinat li jindirizza w jsolvi l-problema tat-traffiku tant li ser jinvesti 700 miljun Ewro!  Imma le.  Xorta rridu ngergru ghax bdew isiru x-xogholijiet ta’ veru.  Xogholjiet bis-serjeta’.  Imma x’tippertendi?  Mhux bilfors li jkun hemm xi naqra nkonvenjent meta trid ticcekken xi roundabout jew trid titwessa’ t-triq.  Mela minghalihom li jsiru bil-BIBIDIBOBIDIBUM!  U jekk ix-xogholijiet isiru fis-sajf, ingergru ghax ser ingerrxu lit-turisti.  Jekk ix-xogholijiet isiru fix-xitwa ngergru ghax bdew l-iskejjel.  Ma ssodd lil hadd go dan il-pajjiz.

Ahna, go Malta, m’ghadux rakkomandabbli li say it with flowers!  Ahjar le, wara dik il-bawxata li bazwru fuq il-kuntratt tal-Environmental Landscape Consortium – naqta’ nifsi nghidu – tal-ELC biex niftehmu.  Tal-ELC huma dawk l-imberkin bil-vannijiet hodor li ssibhom jaghlqu xi nofs roundabout fl-aghar hin biex isaqqu l-gharbuxelli w s-sewwieqa kullhadd izarrat!!

H*qq *£$%^*%(&^%&*(^(*^&*%|%…!!   EEeee, x’gharukaza!

Issa, moda gdida man!  Issa go Malta say it with zebra crossings!  Hekk xbin!  Pink October u nizbghu z-zebra crossing gol-Msida roza.  Issa jigi l-Milied u nizbghu z-zebra crossings tal-Belt, Mosta w Hamrun homor bhal Father Christmas.  Il-Furjana ghandna qawsalla li waslet ghal xi naqa’ zebgha.  Fis-sajf nizbghu z-zebra crossings ta’ tas-Sliema u San Giljan sofor irrigati bil-blu, heqq xemx u bahar hux ghat-turisti!  Fil-Halloween nizbghu z-zebra crossings ta’ Paceville orangjo bhal qargha tafx!  Issa z-zebra crossing ta’ hdejn l-Istamperija tal-PN naghmluha rrigata safra u hamra, bix-xieraq la twikkew bih minn ta’ Birkirkara.  Ta’ Marsaxlokk u Wied iz-Zurrieq nuzaw il-kuluri tal-luzzu.

Gib patallott zebgha ‘l hawn Guz!

Leave a Reply