Il-Gvern iwaqqaf il-proċess ta’ għeluq taċ-ċentru miftuħ tal-Marsa sakemm tinstab soluzzjoni ekwa

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/09/11/il-gvern-iwaqqaf-il-process-ta-gheluq-tac-centru-miftuh-tal-marsa-sakemm-tinstab-soluzzjoni-ekwa/

Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Gvern iddikjara li hu kommess li jagħlaq iċ-ċentru miftuħ tal-Marsa kif imwiegħed fil-programm elettorali tiegħu.

Fl-aħħar sigħat il-Gvern ra r-reazzjoni tan-nies ta’ Birżebbuġa li qed iħossu li se jintefa’ piż sproporzjonat fuqhom jekk l-immigranti kollha jiġu trasferiti għal Ħal Far.

Għalhekk il-Gvern se jwaqqaf dan il-proċess sakemm tinstab soluzzjoni li tkun ekwa u b’hekk ma jintefax il-piż kollu fuq komunità waħda biss.

Il-Gvern hu kommess li jżomm mal-manifest tiegħu filwaqt li jsib soluzzjoni ekwa.​