ARA DAPHNE!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/09/10/ara-daphne/

Ara x’ghandna!

Ritratt tal-General Daphne Caruana Galizia tippoza fit-tieg ta’ binha tal-Pultzer.  L-ewwel haga li nnotajt f’dan ir-ritratt kienet id-dahka jew tbissima differenti fuq wicc kull individwu.  Il-Best Men moghoxijin bid-dahk probabbli ghax jafu kif sehibhom spicca marsus bejn il-basla t’ommu w l-qoxra ta’ martu.  L-gharus bi tbissima tal-poza li qed jitlob Ii jsib bilanc bejn zewg nisa.  L-gharusa qed tfaqqa’ id-dahk u qed tghid lil Daphne, ‘Hadtulek fl-ahhar, jupp!’.  Daphne b’dahka sfurzata u rasha mxengla ‘l hemm mill-gharusa u qed tghidilha, ‘Issa naraw ja wiza!’.  U Dr Caruana Galizia bi tbissima mugugha ghax jaf li dan huwa l-bidu ta’ hafna tbatija ghalih.

Ara x’nidhku!

It-tieni haga li nnotajt fir-ritratt hija l-libsa ta’ Daphne.  Dik x’il-marelli libset hemm.  Qiesha d-dressing gown tieghi li nigri biha gewwa, fejn ma jarani hadd, biex inzomm shuna fix-xitwa.  Almenu tieghi ghandha l-buttuni quddiem u mhux litteralment xkora dahhlitha minn rasha.  Din x’fettillha eh?  Basta taparsi ghandha xi gosti chic bir-rivista taghha Taste and Flair.  Jew tant ilha tgara platti d-dar u tiehu ritratti ghal fuq ir-rivista li l-parti griza tal-libsa qiesu disinn tad-dawra tal-platti.  Imma meta tqis l-aborrenza li Daphne ghandha lejn kull haga li hija labour, tiskanta w titnixxef meta tara li ghazlet libsa bil-kulur tal-labour!  Libsa hamra tixghel qiesha bozza tat-traffic light.  Basta dejjem tmaqdar u tikkritika dak li tilbes Mrs Michelle Muscat u l-President ta’ Malta!  Biex wara kollox hi libset xkora.

Ara x’libset!

It-tielet haga li nnotajt hija kemm espandiet Daphne.  Jien lil Daphne niftakarha sewwa meta kienet ghadha hafna hafna aktar zaghzugha.  Ovvjament, hafna hafna hafna snin ilu.  Iddur gol-Kazin Malti bid-dublett mini skirt sa nofs kuxxtejha u ssikkat maghha qiesu gilda ta’ zalzett.  Kellha figura bomba dak iz-zmien.  Meta toqoghod tqis kemm Daphne izzik lil min ghandu salt xaham zejjed ipparkjat madwar zaqqu, ticcassa u titnixxef ghax hi stess m’ghadiex dik il-mara znella tal-mini mini mini skirt!  Illum ghandha warrani daqs Mejda tal-Agape w par koxox tajbin ghal forn u bizzejjed biex jitimghu rigment.   Imma b’daqshekk ma kelliex ghalfejn tahbi kollox that xkora!  Forsi hadd ghadu ma qalilha li hemm sezzjonijiet tal-hwejjeg jghidulhom ‘Plus Sizes’.  Fihom issib li trid u, ha nghidek, xkejjer m’ghandhomx!

Dik koxxa Piet!

Leave a Reply