Adrian Delia u Chris Said jgħaddu għall-elezzjoni fil-Konvenzjoni Ġenerali

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/09/03/adrian-delia-u-chris-said-jghaddu-ghall-elezzjoni-fil-konvenzjoni-generali/

Wara l-votazzjoni tal-bieraħ fil-Kunsill Ġenerali, l-kandidati għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u Chris Said għaddew għall-votazzjoni fil-Konvenzjoni Ġenerali, fost it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-elezzjoni tal-bieraħ, ivvutaw 99% tal-Kunsillieri li kienu eliġibbli biex jivvotaw, tant li minn 1367 Kunsillier bid-dokument tal-vot, ivvutaw 1354 Kunsillier. Ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni fil-Kunsill Ġenerali hu dan:

Adrian Delia – 616 vot

Alex Perici Calascione – 296 vot

Frank Portelli – 11-il vot

Chris Said – 425 vot

L-elezzjoni fil-Konvenzjoni Ġenerali ssir is-Sibt 16 ta’ Settembru, waqt li l-votazzjoni bikrija ssir fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista nhar is-Sibt 9 ta’ Settembru.