Lola’s Hairdressing Salon…And the PN’s four horsemen of the Apocalypse

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/09/01/lolas-hairdressing-salon-pns-four-horsemen-apocalypse/

Every Wednesday morning at nine o’clock, you will find Rose, Gemma and Vanna at the hairdresser. They are the regulars…and they discussed the PN hopefuls!!!

Vanna:           L-Ghodwa t-Tajba Lollie!  Qed nghadduha naraw it-televixin u nisimghu r-radju!

Gemma:         Bongu Lola.  Jaqaw Vann, qed issegwi il-buzullotti tan-nazzjonalisti?

Rose:              Good morning dearies.  Smajtek you know Gemma.  Kif qalilna Dr Busuttil, ahna ghandna partit b’sahhtu,

Vanna:           Jupp!

Rose:              Organizzat,

Gemma:         Zut!

Rose:              U efficcjenti.

Vanna:           Tghidli xejn!  Ghandkom erba’ kandidati ghal gol-hajt.  Sploduti ghageb.

Gemma:         Il-Kumitat tal-Etika tal-PN ser jinvestigaw lil Delia hux?

Vanna:           Sehbitek Dafni kixfitu.  Ilha taghtih karti sofor.  Issa bl-investigazzjoni tawh il-karta l-hamra.  BARRA! BARRA! BARRA! …Imma ma jridx jammetti, lanqas jekk iwahhlulu karta hamra ma’ mohhu ghax hemm jibqa’.

Rose:              About Delia, I must agree with you.  He is obviously in denial hux!

Gemma:         U x’erba’ pitbulls ikollu mieghu. L-aqwa dak ic-Censu l-Iswed.  Dak kategorija ohra.  Dak bulldokk.

Vanna:           U kemm ghandu arja.  Mur gibu ghandu siggu fil-parlament dan.

Rose:              My husband told me li Jean Pierre Debono ser icedilu s-siggu.

Vanna:           Isa hej!  U Pierinu x’ser jiehu tas-sagrificcju?  Min jaf eh!

Gemma:         Dan Delia u Portelli ser jifthu xi kawza kontra l-partit taghkom Rosie hi?

Rose:              Mela, wicchom tost!

Vanna:           U dak Portelli ghandu sieq wahda gol-qabar.  Ghax ma jmurx jindifen.  Votazzjoni ghal dak, qiesna tal-konklavi ghax dawk dejjem jivvutaw ghal xi xih sgassat.

Gemma:         U l-iehor x’jismu?  Dak l-ismar?

Rose:              Perici you mean?

Vanna:           Dak bhal Lucifru.  Hemm ikun, dejjem idur, fil-partit taghkom imma ma jidhirx.

Rose:              U ajma Vanna.  Don’t you like Dr Chris Said?

Gemma:         Dak l-Ghawdxi hux?

Vanna:           Ha nghidlek, dak jigborkom.  Ghandu bokka bis-Simon Buzullotti.  Dejjem ifahhru w jghid li ser jimxi fuq il-passi tieghu.

Rose:              Chris is a gentleman.  He is bravu, polite, he has political knowledge…

Gemma:         Ghandu siggu ahdar fil-guva, ghandu raggiera tiddi fuq rasu….

Vanna:           U Buzullotti tah l-affarijiet tat-tindif u l-iskipp.  Ghadhom godda fjamanti.  Qatt m’uzahom.  Dawk li kien ser jibda jnaddaf ir-reputazzjoni ta’ Malta bihom.  Tiftakarhom?  Issa minflok ser juzhom Said.  Lid-Delia ser jigbdu gol-vakumm kliner w jarmih bil-borza b’kollox.  Lil Perici ser jixkupah, jigbru bil-pala minn s*rm* u ghal gol-iskipp.  Portelli, nofs kedda, probabbli jaqa’ wahdu gol-iskipp.  U kif ilesti, inaddaf in-nuccali bl-iskwizer.  Lest it-tifel!

Gemma:         Ha ha haj!  Ha ha haj!

Rose:              U le, u le. Ara veru trid tkun hamalla like you to say these things.  Lil xi laburist issib gol-mizbla mal-iskip.

Mewga demm ahmar telghet ghal go ras Vanna.

Vanna qabdet il-landa taz-zibel ta’ Lola u deffsitha go ras Rose.  Imn’Alla Lola kienet ghadha kif ghamlet borza nadifa ghax ma nafx kif kienet tispicca din.