Stqarrija mill-Partit Nazzjonalista

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/08/30/stqarrija-mill-partit-nazzjonalista/

Il-Partit Nazzjonalista jiċħad rapporti fil-media tal-Partit Laburista, li lbieraħ rċieva ittra b’allegazzjonijiet dwar kandidat jew kandidati għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Ir-rapport tal-media tal-Partit Laburista jindika individwu li seta’ bagħat din l-ittra. Fil-minuti li għaddew, il-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista prova jagħmel kuntatt ma’ dan l-individwu, iżda kull attentat ma rnexxiex. Il-Partit Nazzjonalista jistieden lill-individwu msemmi jew kwalunkwe individwu ieħor biex f’każ ta’ allegazzjonijiet serji fuq xi kandidat/i, dawn jintbagħtu minnufih.

Kif għamel tul il-proċess kollu, l-Partit Nazzjonalista se jkun trasparenti dwar dan il-proċess, mhux biss fost il-kandidati nfushom, iżda anke mal-media.