A New Way, me spik inglixx!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/08/27/new-way-spik-inglixx/

Faqqalna slogan bl-ingliz id-Dia hej!  U jhobb jghawweg hnieku bl-ingliz ukoll.  Qed jghidilna li ghandu mod gdid ta’ politika.  Gewwa x-xilep Drinu hi!  Forsi bis-sahha tad-Dia t-tfal jibdew imorru tajjeb fl-ezamijiet tal-ingliz.  Qed tara x’gid hiereg mid-Dia.

A New Way, me spik inglixx!

 

Sibt dawn iz-zewg ritratti fuq il-gurnal elettroniku Maltatoday.  Kelli kurzita’ biex nara x’inhi dil-bicca tal-ingravajjet tad-Dia.  Jien nahseb Ii ghadu mhux car sewwa bizejjed dan il-kuncett tan-New Way go mohh id-Dia ghax ghadu ma iddecidiex jekk jibisx ingravata hamra biex jattira lil-laburisti jew jekk jilbisx ingravata bluna biex jikkonforma mal-istil tal-Partit Nazzjonalista.

A New Way, tibda m’ghonqu!

 

Mela tal-PN ma ridux lid-Dia johrog kandidat maghhom fl-Elezzjoni Generall tal-2013.  U lanqas fl-Elezzjoni Generali tal-2017 ma riduh.  Minflok issa qed jikkontesta sahansitra ghall-Kap tal-PN!  Qed taraw li dan id-Dia, jekk ma jghaddix mill-bieb, jghaddi mit-tieqa.  U mn’Alla mdorri jghaddi mit-twieqi ghax fl-Ewwel Konferenza stampa li ghamel quddiem id-Dar Centrali tal-PN, hallewlu l-bieb maghluq!

A New Way, BARRA, BARRA, BARRA!

Arah, arah fir-ritratt.  Dik il-poza bil-ponnijiet xbin.  Tarah u tahsbu r-Rocky V.  Lest ghall-glieda kontra Ivan Drago.  U iva, flok ir-ring tal-boxing, ghandhom il-guva tal-Parlament u flok lill-bjond Ivan ghandu lill-bjond Joseph.  U tghid jibqa’ jdoqqha d-diska sinonima mal-PN tal-Final Countdown?  Ma nahsibx.

A New Way, Eye of the Tiger!

 

U x’dahka ta’ Hermann Schiavone.  Dak Herman, tafu min hu?  Dak li jiekol il-kirxa ma’ Franco l-Pappagall.  Franco jmellislu dik ir-ras li kibritlu w Herman imellislu r-rix.  Insomma, xi hadd donnu ppertenda li jekk jintghazel id-Dia bhala il-Kap Gdid tal-PN, Herman kien ser icedilu postu fil-Parlament.  Ha ha haj!  U ma tarax.  U dan Herman kien ilu jsabbat saqajh ghax fil-passat tal-PN ma hallewh jikkontesta maghhom.  Tghidx mhux ser icedi postu wara kemm kien ilu jitqanzah u jilghaq nies biex qieghed go dak is-siggu ahdar haxix gol-guva!

A New Way, ta’ bla siggu!

 

Ma jridx jghidilna x’assi ghandu d-Dia hej!  Mela x’ghandu dan?  Heqq nafu li huwa zviluppatur kbir tal-propjeta’ u li ghandu hafna hbieb.  U dawn il-hbieb tieghu tisma’ ic-cekcika tal-flus go bwiethom qabel ma tara lilhom jixirfu quddiem ghajnejk.  U, kif jghidu, flus ma’ flus, u erhilhom icekcku.

A New Way, business focus!

 

Insomma, id-Dia haseb li jaghmel slogan, haseb li jaghmel konferenzi stampa, haseb kif ser jaghmel biex jiddobba siggu fil-parlament.  Imma fil-konfuzjoni w genn li ghandu, nesa jaghmel il-full stop mas-slogan.  Taf fejn hallieh il-full stop?  Nesieh fuq geddumu.

A New Way.  Full Stop.