L-Annimali fuq il-Post tax-Xoghol

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/08/20/l-annimali-fuq-il-post-tax-xoghol/

Hafna nies ihobbu l-annimali.  Hemm min imur xi zoo biex jitpaxxa b’varjeta’ kbira t’annimali.  Hemm min imur safari biex jara annimali feroci.  Jien nara kull tip t’ animali fuq il-postijiet tax-xoghol.

L-aghar li tista’ tinzerta fuq il-post tax-xoghol hu li jkollok Big Chief li jkun burqax.  Burqax li jibla’ kollox.  Meta jigri hekk, l-aktar li jbatu huma n-nies genwini w l-aktar Ii jgawdu huma l-brikkuni li jkunu pperfezzjonaw l-arti tat-tixwix.  Fejn ikun hemm Big Chief bhax-xadina Rafiki, ikun hemm s-serenita’, l-ghaqda w l-meritokrazija fuq il-post tax-xoghol.

Generalment malli tidhol ix-xoghol l-ewwel ma tara huma l-poodles.  Dawn ikunu libsin impekkabbli w jkollhom tbissima li tixref fuq wicchom minn widna sal-widna l-ohra.  Ma jkunux bhali, qieshom qalghu daqqa ta’ trakk filghodu.  Dawn nahseb li ghandhom radar f’nofs mohhhom ghax kumbinazzjoni jidhlu gol-lift ezatt malli jasal il-Big Chief biex jilghaquh sakemm jaslu fis-sular taghhom.

Il-magna tal-photocopies hija hot spot.  Ma’ din il-magna ssib l-iljunfanti bil-widnejn kbar.  Dawn ikunu qed ihufu madwar il-magna tal-photocopies biex jissindikaw x’qed johorgu karti mill-magna w fi x’hin dahlu n-nies.  Il-widnejn kbar importanti ghax dawn ikunu widna tal-Big Chief biex forsi jiehdu xi promozzjoni.

Kull ufficcju ghandu bicca kcina – imma qatt ma ssib xi safe go fiha!  Hemm gew issib is-sriep isefsfu fuq kullhadd waqt li jhawwdu l-kafe’ bil-kuccarina.  Isimghu minni w meta tghaddu minn quddiem il-kcina, ghaddu bil-girja, li ma jmurx javvelenakhom il-King Kobra.

Meta jghaddi xi kokaburra minn quddiem l-ufficcju taghkom, innutaw li jnaqqas l-pass sabiex jilhaq jara x’qed taghmlu w malli jghaddi tisimghu d-dahka tieghu tidwi hierga minn bejn munqaru.

Issib ukoll il-wiza.  Il-wiza jkunu nisa libsin stiletto, mini-skirts u hwejjeg dejjem issikkati.  Ikollhom pulzier foundation ma’ wicchom u jzommu xufftejhom ibbuzzati ‘l barra.  Iteptpu ghajnehom w jdawwru xagharhom bejn subajhom malli jaraw lil xi ras kbira.  Dawn issib li huma team players perfetti meta t-tim ikun maghmul kollu minn irgiel.  Tinnota li malli tersaq mara hdejhom, dawn jinbidlu w jsiru kukkudrilli.

Dejjem issib xi bitha jew gallarija fejn is-smokers johorgu jpejjpu.  Innutaw li l-barracuda johorgu tlieta, tlieta jpejjpu barra.  Il-hyena johorgu tnejn, tnejn qieshom telghin fuq l-Arka ta’ Noe.  Il-klieb il-bahar johorgu wiehed, wiehed ghax lanqas jifilhu jistaportu lil xulxin.  Tazzardawx tohorgu hdejhom ghax ghandkom cans kbir li tlaqqtu xi gidma tajba.

It-tigieg, li mohhhom ma jiswa ghalxejn, soltu tarawhom dehlin w hergin mill-ufficcju tal-Big Chief.  Dawn ikunu mzejna bir-rix li jkunu serqu minghand haddiehor.  Ghalhekk hadd ma jinduna li huma tigieg u jahsbuhom paguni sbieh.  Dawn jiddandnu, jimpressonaw u jiftahru b’affarijiet li ma jifhmux fihom u dejjem jiehdu promozzjoni li ma haqqhomx.

Ir-rinoceronti tindunaw li resqin lejkom ghax tibdew thossu l-art tithezzez.  Wara ftit tisimghu bhal raghad u beraq riesaq fil-kuridur.  Dawn huma n-nies zatat li minghalihom jafu w jifhmu f’kollox.  Ghalhekk dawn, bhal rinoceronti, jghaddu romblu minn fuq kollox u minn fuq kulhadd u jkissru w jfarrku kull ma jsibu.  Imma ticcassa kif dejjem jirnexxielhom isibu xi stilla tiddi ghalihom.

Fuq kull post tax-xoghol ukoll issib l-avultuni.  Dawn huma nies li tibza’ minnhom ghax dawn jghakksu lil kull min jidhrilhom li jista’ jkun ta’ theddida ghall-poter taghhom.  Malli tilmah lil dawn, itlaq igri saqajk ma’ dahrek.  Dawn huma nies li mhux bizzejjed li tevithom.  Dawn important li lilek qatt ma jsiru jafuk!

Izda naghtikom parir li zzommu rispett lejn l-iljuni.  Dawn issibhom wahedhom, imwarrbin f’xi rokna.  Dawn generalment issib li jkunu nies intelligenti, serji u ta’ fuq xogholhom.  Dawn ikunu mwarrbin minn kulhadd ghax kulhadd jibza’ minn persuna ntelligenti fuq il-post tax-xoghol.  Ghalhekk, kulhadd jivvinta w jigdeb dwarhom ghax jarawhom theddida.  L-avultuni jaghmlu minn kollox biex jintimidawhom u jippruvaw jikkontrollawhom – imma ghalxejn…u bhal dejjem, ‘All animals are equal, but some animals are more equal than others.’