Zibel, Bodbod u Zewg Hamalli!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/08/13/zibel-bodbod-u-zewg-hamalli/

Mort dort dawra filghaxija hdejn il-bahar. Ghidt forsi tghaddi xi naqra ziffa bejn widnejja.  Taf x’ghadda minflok bejn ghajnejja?  Ghadda wiehed li kellu saqqu nofsu sporgut ‘l barra mill-luggage booth.  Dan il-bravu waqaf xi ghoxrin metru boghod minni.  Nizel jigri mill-karrozza w xehet is-saqqu mal-genb tat-triq.  Lil dan ridt nirrappurtah.  Daqshekk!  Bdejt ingerfex gol-haversack biex insib in-nuccali halli nohodlu n-numru imma lahaq saq w telaq.

Ara vera zibel man!

Kont sejjer il-Birgu ghand iz-zijiet. Waqt li kont qed indur mar-roundabout t’Ghajn Dwieli, wiehed qabad u harigli quddiemi meta jien kelli d-dritta mar-roundabout.  Zammejt brejk.  Qeeeeeeq!  Qlibt tnejn ghajnejja w komplejt insuq warajh.  Fin-nizla t’Ghajn Dwieli xeghlu homor id-dwal biex jaqsmu n-nies.  Dan l-iccassat ta’ quddiemi baqa’ wieqaf anki meta d-dwal qalbu hodor ghax kien qed itektek ghajnu bil-mobile.  Daqqejtlu l-horn forsi ngibu f’sensieh.  Beeeeeep!!  Rajtu jxengel rasu.  Ukoll!  Nahseb telliftu miskin.  Komplejna nsuqu.  Fl-ahhar tan-nizla qabad u kiser lejn ix-xellug.  Bla indicator.  Zammejt brejk kbir.  Qeeeeeeeeeeq!  Hraqt it-tajers u hraqt il-bezqa pacenzja li kien ghad fadalli.  Hrigt sa qaddi minn got-tieqa tal-karrozza u nfexxejt nghajjat…&*gd&%(&%Ew&^ !!

Ara vera bodbod man!

Is-shana taghmel bijja wisq.  Inhossni bhal bicca tal-art umda w spiccuta.  Meta jkolli cans, norqod raqda wara nofs in-nhar.  Tigini dik il-lanja helwa fil-hemda bil-hoss tal-werzieq u t-thaxwix tal-qasab waqt li jilghab maz-ziffa mqanzha.  Kont ilni forsi xi ghaxar minuti li ntfajt fuq is-sodda.  F’daqqa wahda nisma’ damdim gej mill-boghod u dejjem joqrob.  Dum! Dum! Dum!  Bexxaqt ghajn wahda w hadt nifs kbir ‘l gewwa.  U ghidt bejni w bejn ruhi,’u iva, issa jghaddu’.  Imma d-damdim donnu waqaf go mohhi.  Forsi kont qed nimmagina. Qomt u xrift mill-gallarija.  Nara karrozza daqsiex lussuza bla saqaf wieqfa kwazi taht il-gallarija.  Damdim ta’ muzika bla gost imliet it-triq kollha.  DUM! DUM! DUM!  Kien hemm daqsxejn ta’ tfajla bil-bikini li inxtethet fuq il-bonnet tal-karrozza.  DUM! DUM! DUM!  Ix-xufier kien guvni bla flokk, rasu mqaxxra qiesha qarghabaghlija u mimli tattoos.  Bdew jixorbu, jiccacraw u jpejjpu.  Minn daqs tant postijiet go Malta, quddiemi gew fejn halla l-karkura x-xitan.  Issa daqshekk!  Dhalt gewwa. Imlejt barmil ilma u battaltu ghal fuqhom.  It-triq imlewha kliem hazin u telqu.  Jien dhalt norqod.

Ara veru hamalli man!