Imniedi fuljett tal-‘Mocktails’: għal xarbiet non-alkoħoliċi fost iż-żgħażagħ

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/08/10/imniedi-fuljett-tal-mocktails-ghal-xarbiet-non-alkoholici-fost-iz-zghazagh/

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon nieda fuljett li fih sensiela ta’ riċetti ta’ xorb mhux alkoħoliku. Fuljett li huwa r-riżultat ta’ ħidma konġunta mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.

Dr Falzon qal li l-għan ta’ dan il-fuljett huwa biex kemm iż-żgħażagħ u anke l-pubbliku b’mod ġenerali jkollu alternattiva għad-divertiment tiegħu filwaqt li jibqa’ jissoċjalizza f’attivitajiet varji.

“Din l-inizjattiva saret bħala parti mill-impenn tagħna sabiex nipprevjenu l-abbuż minn sustanzi varji u għalhekk din saret parti mill-ħolqa ta’ servizzi ta’ prevenzjoni fi ħdan l-Aġenzija Sedqa” qal Dr Falzon.

Il-Ministru Falzon irrimarka li skont statistika mir-rapport tal-ESPAD, fl-aħħar snin il-konsum tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ żdied u għalhekk il-politiku għandu rwol li jara x’inhi r-raġuni li qed twassal għal dan.

“Il-mira tagħna hija li dawn ir-riċetti jkomplu jintużaw fi ħdan il-komunità u l-attivitajiet lokali li jsiru mill-Aġenzija Sedqa sabiex inkomplu nippromwovu u nqajmu kuxjenza favur stil ta’ ħajja sana u b’saħħitha għall-ġid tas-soċjetà. ” qal il-Ministru Falzon.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti qal illi minkejja li l-istatistika qed turi li kien hemm żieda fil-konsum tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ, issa jrid isir ix-xogħol sabiex tkun indirizzata din il-kwistjoni. Huwa spjega li l-fuljett tal-Mocktails huwa wieħed mill-modi ta’ kif aktar peruni jkunu mħeġġa inaqqsu l-konsum tal-alkoħol.

Id-Direttur Maniġerjali ta’ Farsons Pierre Stafrace qal li l-kumpanija li qed jirrapreżenta temmen f’konsum raġonevoli u għalhekk laqgħu din l-inizjattiva b’interess.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech qal li din l-inizjattiva hija pass ieħor ’il quddiem. Żied jgħid li l-istudenti għandhom code of ethics u qed jitgħallmu jidentifikaw sinjali ta’ meta persuna tkun qed tabbuża mill-alkoħol.​

Leave a Reply