Alternattiva Demokratika dwar il kaz Pembroke – il-mazz f’idejn il Gvern

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/08/09/alternattiva-demokratika-dwar-il-kaz-pembroke-il-mazz-fidejn-il-gvern/

F’kummenti waqt protesta ta’ residenti ta’ Pembroke fuq applikazzjoni għal bini ta’ skola privata fuq art pubblika f’din il-lokalita (PA05424/17), Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali ta’ Alternattiva Demokratika qal:”Qeghdin f’lokalita’ oħra, li flimkien ma ħafna oħrajn qed jiffaċċjaw bini kontinwu u bla waqfien. Qegħdin f’lokalita’ ma’ ħafna oħrajn li qed tbati mill-fatt li fl-2006, il-‘famuż’ proċess ta’ razzjonalizazzjoni sar mingħajr ma’ sar Strategic Environmental Assessment – għax il-gvern kien irrifjuta li jagħmel dal-proċess.”

“SEA kien jara u jikkwantifika l-impatti kumulattivi ta’ żvilupp u r-relevanza ta’ dan għal Pembroke li wkoll rat żvilupp massiv f’dan l-aħħar snin. Il-problema hija prinċipalment li fil-ferneżija ta’ bini li għaddejja mhux qed tingħata l-importanza lill-impatti kumulattivi ta’ ħafna żviluppi individwli. Kollox qed jitqies waħdu, din mhux serjeta. Minflok il-pajjiż iħajjar u jindokra spazji miftuħa qed iħajjar aktar traffiku, aktar tniġġis u aktar bini. Ħarsa lejn x’ġara f’San Ġiljan, Paceville, Tas-Sliema u l-inħawi, b’nuqqas ta’ ippjanar fit-tul għandu jiftaħ għajnejn kulħadd. Għandna bżonn policies li jżidu l-ispazji miftuħa u li jivvaforixxu mezzi nodfa ta’ trasport fost affarijiet oħra.”

“Fl-aħħar mill-aħħar f’dal-każ partikolari l-mazz f’idejn il-Gvern. Din hija art propjeta’ tal-Gvern. Jekk il-Gvern ma jridx li din l-art tiġi żviluppata, faċli ħafna: għandu jiddikjara li ma jridx li din l-art tinbena u ma jgħaddix l-art għall-iżvilupp.”

 

 

Leave a Reply