Id-Delli, id-Dia, id-Dici w d-Daid

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/08/06/id-delli-id-dia-id-dici-w-d-daid/
photo: Times of Malta

Bhalissa qed noghxa naqra w nisma’ x’qed ilewwqu, ifanfru w jzejnu l-erbgha kandidati li qed jikkontestaw ghall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.  Jigini f’mohhi dak li konna nkantaw meta konna ghadna zghar – Ten Green Bottles Standing on the Wall!  Fil-kaz taghna, erbgha fliexken blu ghandna weqfin fuq il-hajt.

Four Blue Bottles Standing on the Wall…

 

Nibdew bl-ewwel flixkun blu.  Id-Delli Portelli habbar li jekk jilhaq kap hu, ser jaghmel herba mill-immigranti rregolari li hawn fil-pajjiz.  Ma nafx ezatt ghall-liema mmigrati rregolari kien qed jirreferi.  Jekk hux dawk b’karnaggjoni skura biss jew ukoll ghal dawk bjondi li jteptpu ghajnejhom blu w jghammxu lil irgiel Maltin.  Naf biss li shabu tal-PN hargu ghalih bil-bazzzzzooka!  Boom! Boom! Boom!

…Three Blue Bottles Standing on the Wall…

 

Lid-Dia Delia la riduh jikkontesta ghall-Elezzjoni Generali fl-2013 u lanqas ghal dik tal-2017.  U issa minghalih li jriduh ghall-kap.  Irid li l-PN ikun il-partit naturali tas-self-employed.  Isa hej!  U l-kumplament tan-nies fil-pajjiz nsiehom dan?  Ajma kemm nidhak.  Ahjar jaghmel xi zewg zrameg ohra ghax s’issa tim tal-5-a-side bla reserves ghandu.  Penalty!  Penalty! Penalty!

…Two Blue Bottles Standing on the Wall…

 

Dan aqwa.  Id-Dici Perici werricini man!  Ilni ghomri nisma’ fuq il-hsara w l-problemi tad-droga.  Nammira l-hidma kontinwa tal-Caritas u d-dedikazzjoni ta’ min imexxi San Blas u imbaghad nisma’ lil dan id-Dici, imdawwal bl-gherf, gie jghidilna li jaf min jiehu l-marijuana w ma taffettwalux hajtu hazin.  Imma dan bis-serjeta’ jew?  Dan irid jiccajta?  Dan qed taghmel bih is-shana?  Barra! Barra! Barra!

…One Blue Bottle Standing on the Wall…

 

U mill-gzira Ghawdxija ghandha lid-Daid Said.  Id-Daid huwa l-uniku wiehed li qed nisma’ jitkellem fuq l-ghaqda u fuq it-team building.  L-uniku wiehed li gharaf l-izbalji tal-PN.  L-uniku wiehed li qed jipproponi w jghid x’ser jaghmel.  Hareg bi tlett proposti semplici Ii jrid jibni vizjoni ghall-PN, irid jifhem lis-socjeta’ w l-bzonnijiet taghha w jrid jaqdi lin-nies.  Ma nafx kienx qed jirreferi ghan-nies ta’ kull kulur jew dawk blu biss.  Nistennew aktar dettalji matul il-kampanja.  Id-Daid huwa l-uniku wiehed li gharaf li min ser jilhaq kap, huwa prospettiv Prim Ministru w ghaldaqstant il-proposti li qed isiru f’dan l-istadju huma l-kejl ta’ kwalitajiet ghal Prim Ministru w mhux kejl ghal-kap ta’ partit.

 

…One Blue Bottle Still Standing on the Wall.