Lola’s Hairdressing Salon…And noise pollution

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/08/04/lolas-hairdressing-salonand-noise-pollution/

Every Wednesday morning at nine o’clock, you will find Rose, Gemma and Vanna at the hairdresser. They are the regulars…and they discussed noise pollution!!

Vanna:           Bongu Lollie!  Din is-shana kollha.  Dejjqitna issa.  Kullhadd bla sabar.

Gemma:         L-Ghodwa t-Tajba Lola.  Kemm ghandi ugigh go widnejja dalghodu.  Nahseb li hadt xi rih f’widnejja bil-fann.

Rose:              Good morning Lola pupa.  Ara my dearies.  Looking good this morning hux.

Gemma:         Ghajjat naqra llum Rosie hi ghax ma tantx jien sew b’dil-widna dalghodu.

Vanna:           Hux rih f’widnejk.  Mela l-widnejn jiehdu rih.  X’ghamlet widnejk?  Bdiet taghtas jew?

Gemma:         Kollok cajt Vanna hi.  Minn hawn nibqa’ sejra dritt ghal ghand it-tabib.

Vanna:           Mela daqshekk mugugha?  M’intix tisma sew lanqas?

Rose:              Le miskina pupa qalbi din Gemma.  She is in pain jahasra.

Vanna:           Mhux mort tghum u blajt x’infezzjoni hux?  Ara tersaqx lejn bahar ghalissa tafx!

Rose:              Insomma Gemma, ma tisimghux it-traffiku mela.  Too much noise with all this traffic.  Kull fejn tmur vrooomm, vrooomm.

Vanna:           Issa qed tisimghu t-traffiku int?

Rose:              Le le Vanna.  Mhux jiena biss.  A group of people rrappurtaw at the Ewropa because of all this noise from traffic.  Gharukaza.

Vanna:           Int bil-mixi gejt jaqaw illum jew gejt b’dik il-bambar ‘l ghandek?

Rose:              Ajma.  Mhux with my new car gejt.  Imma my car is special.  Xejn storbju.

Gemma:         Storbju tal-karrozzi qed tghid?  U iva, mhux dawk il-jumejn ta’ wara l-elezzjoni jifirhu naqra.  Issa kollox ghan-normal.

Rose:              Le le Gemma dear.  Ma smajtx sewwa.  Il-karrozzi fit-triq kuljum jaghmlu hafna storbju.

Vanna:           Mela qabel xbajtu tlewwqu bil-kongestjoni tat-traffiku.  Issa, ghax il-ministru l-gdid beda jaghmel xogholijiet fejn jehel it-traffiku u bdejna nsolvu pass pass, issa ser taqbdu mal-istorbju?  Imma intom bis-serjeta’ jew?  Lilkom xejn ma jsoddkom?

Rose:              Mela you can’t hear dan l-istorbju tal-cars?

Vanna:           Jien nisma hafna affarijiet.  Tan-NET nisma zarzir biss, diska mkissra w skaduta.  Tal-RTK nisma tmeclieq biss.  U meta nohrog barra, u nisma’ l-karrozzi, nitpaxxa ghax sinjal li n-nies ghandhom il-flus fil-but.

Gemma:         U dan in-naqra briju li jaghmlu meta jirbhu tal-futbol.  B’daqshekk.  Mhux jifirhu jkunu.  Ma joffendu lil hadd imsieken.

Rose:              Jew il-karrozzi zdiedu because the public transport is not working well hux!

Vanna:           Ukoll.  Ara veru ghandek s*rm*k u kullimkien xorta int, ja wicc ta’ wiza.

Barra nstema brejk kbir.     EEEEEEEEEQ! 

U fil-pront instemghet tisbita kbira.  Booommm!!!  ……u hoss ta’ hgieg jinkiser.

Gemma:         Gara xi haga barra.

Vanna u Rose qamu jigru w marru jittawwlu mal-hgiega tal-hanut.

Rose:              My car!  My car!

Vanna:           Dak habat go fik hux?

Rose harget tigri ‘l barra mill-hanut.  Vanna u Gemma hargu fil-bieb.

Rose:              Ja b*gh*l ! Mur hj45&^$njs”£*^  kemm ghandek !  Ja %^$bhg%^$vk%^ !

Vanna:           Smajtha Gemma?  Kwiet perfett kien hawn fit-triq.  Lanqas werzieq ma kont tisma’.  Qed tara min jaghmel l-istorbju.  X’tghajjru hux.  Basta tridha tal-pulita Rowzie.  Issa trid tismaghha sehbitha tal-Bidnija.

Gemma:         Tal-Bidnija aktar gravi minn Rosie.  Dik anki platti tgara tafx hi.  Kieku dik libbsithielu l-karrozza w l-hub-cups kienet tohroghomlu minn ghajnejh.

Vanna teptpet ghajnejha.  Gieli Gemma tghid wahda ahjar minnha!