Ir-Russa ta’ Daphne

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/08/04/ir-russa-ta-daphne/

U z-zejt tela’ f’wicc l-ilma.

Insomma mhux li kellu bzonn jitla’ biex inkunu nafu x’tip ta’ persuna kienet il-famuza Russa ta’ Daphne Caruana Galizia.  Ktibt diversi drabi qabel l-Elezzjoni Generali tal-2017 fejn irrepetejt kemm-il darba li tali Russa ma kinitx whistleblower.  L-istat ta’ whistleblower ma’ tehdux ghax tiddeciedi hekk Daphne jew ghax jiddeciedi hekk Dr Simon Busuttil.  U jien kont ghidiltkom li din kollha storja vvintata.  Imma din Daphne w sehibha Busuttil ghadhom bl-ideja bazwija li l-Maltin huma kollha cwiec.  Cwiec huma t-tnejn ghax bil-buzullotti tilfu l-Elezzjoni Generali tal-2013 u bil-buzullotti regghu tilfu l-Elezzjoni Generali ftit gimghat ilu.

Kif diga ghidt qabel, din ir-Russa ma kienet xejn hlief spija ndustrijali minn dawk tal-qiegh.

U sal-qiegh maghha kaxkrithom lil tal-Partit Nazzjonalista.  Tgerrbu fil-hama w r-riha wehlet maghhom u ser jibqghu mcappsin biha.  Busuttil tant emminha lil din il-famuza Russa li hareg ihanxar u jghajjat fil-mass meeting tal-PN dwar l-Egrant.  Ara veru kien iddisprat biex isib xi haga li forsi trebbhu xi ponn voti.  Ponnijiet rebah.  U zguuuur!  Gol-kaxxa ta’ sidru imma.  Erbghin elf wiehed!

X’ghamlet ir-Russa?

Harbet mill-pajjiz.  Ma hallsitx lil-avukat taghha.  Ma hallsitx lil sid il-kera.  Ma baqghetx tiffirma kuljum l-ghassa.  Ghandha mandat t’arrest.  Ghandha zewg kawzi pendent l-qorti, wahda dwar frodi w l-ohra dwar akkuzi foloz li ghamlet fil-konfront ta’ Supretendent u zewg spetturi tal-pulizija.

Ara veru bicca mbarazz din.  Sabuha go bajda tal-Ghid dawn tal-PN!   Sewwa jghidu, ‘Ma min rajtek, xebbahtek’.  Jien ma’ tal-PN rajtha ddur lil din ir-Russa.   Tal-PN tant ferhu biha li poggewha fuq pedestall indurat bid-deheb.  Ha nghidilkom, lil tal-PN halliethom warajha wkoll jgherqu fil-hama taghha imma l-pedestall haditu maghha!

Leave a Reply