Sparixxiet, Sparixxa, Sparixxew!

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/07/30/sparixxiet-sparixxa-sparixxew/

X’sar minnha sehbitna Daphne tal-Bidnija?  Kont nghaddi hames minuti nidhak naqra l-artikli fantastici taghha.  X’sar minnhom l-ispiji addestrati tar-rigment taghha?  Min jaf x’jibku bil-kamera tar-ritratti jew bil-kamera tal-mobile f’idhom ghalxejn.  Min jaf x’jibku n-nuqqas tal-General Caruana Galizia?

Jew forsi r-realta’ hija mod iehor?  Daphne ilha snin tikteb blog li dejjem imaqdar u jghajjar lin-nies, lill-esponenti tal-Partit Laburista w kull min, fis-sapjenza taghha, tiddeciedi li mhux denju rispett jew konsiderazzjoni.  Irrizulta li din in-negattivita’ kontinwa hadmet kontra l-Partit Nazzjonalista w ma kelliex l-effett mixtieq li timmina l-kredibilita’ tal-Partit Laburista u tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat.  In-nies gharfu jaraw l-finzjoni tar-rappurtagg u stejjer f’tali blog.  Hekk kif kont ktibt xi gimghat ilu, lil Daphne gibdula l-ispaga.

…u Daphne sparixxiet!

 

Shana?  U zguuuur li shana.  Trid ticcajta jew!  Nixghelu l-fannijiet gurnata shiha jew l-arja kkundizzjonata biex niehdu nifs u nkomplu niffunzjonaw.  Imma issa tafx!  Hafna nsew kemm kienu jbatu s-shana ghax jibzghu mill-kont tad-dawl.  U l-Power Station tal-Marsa?  M’ghadniex bil-problemi tat-tniggis tal-arja.  Staqsi lin-nies tal-inhawi kemm hadu r-ruh.  M’ghadhomx b’imnifsejhom fgati.  M’ghadhomx jifthu tieqa w jinksew b’lega trab iswed.

…u l-kontijiet tal-biza’ u t-tniggis sparixxa!

 

Il-progett tal-flyover tal-Kappara diga nfetah parti minnu w qed jintuza mill-poplu.  Is-success tal-progett tal-Kappara kien bbazat fuq zewg aspetti.  L-ewwel aspett kien li sar studju dettaljat w ntensiv ta’ kif kien ser jigi ddevjat it-traffiku waqt ix-xogholijiet.  Thejjew ir-rotot alternattivi u s-sinjaletika ghal tul kull fazi tal-progett.  Li tippjana rotot alternattivi ghal arterja princpali bhal ma hi Triq Regjonali ma kinitx haga facli.  Meta tali rotot u sistemi ta’ traffiku alternattiv ikunu pjanati sewwa w jkunu jahdmu sewwa, dawn jittiehdu for granted.

It-tieni aspett kien l-ippjanar tal-kostruzzjoni tal-progett fejn ix-xogholijiet inhadmu bl-aktar sistemi godda sabiex jithaffef ix-xoghol, b’ippjanar serju fuq il-lant u b’nies li kienu kapaci jiehu d-decizjonijiet f’waqthom.  Prosit tassew lill-Ministru Dr. Ian Borg u ta’ dawk kollha involuti fix-xogholijiet.  Innutajna li m’ghadhomx jigu vvintati skuzi ghad-dewmien fix-xogholijiet ghax ix-xogholijiet qed isiru b’serjeta’ u professjonalita’.

…u l-iskuzi sparixxew!

2 Responses

  1. Paul Chetcuti at |

    Aqra l’artikli taghha darbtejn fil gimgha. Xewka fil warrani baqat. 😏😏

    Reply
  2. Julian Borg at |

    … u spicca il fibra morali tal-pajjiz.

    Reply

Leave a Reply