Il Moviment tac-Cittadin jaqbad ir ritmu – il-kaz ta’ Charlot Cassar

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/07/28/il-moviment-tac-cittadin-jaqbad-ir-ritmu-il-kaz-ta-charlot-cassar/

Il-Moviment tac-Cittadin ircieva l-ewwel storja ufficjali tieghu direttament minghand Charlot Cassar, kandidat ghall Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li ghaddiet u li rcieva xejn anqas minn zewg transfers li jistghu jissejhu politikament motivati. Din li ssegwi hijja stqarrija li baghtilna Cassar stess:

“Dalgħodu, kont kostrett nippreżenta protest ġudizzjarju kontra Transport Malta wara li għall-ebda raġuni valida, qlajt transfer minn Transport Malta, l-ewwel għall-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, imbagħad ftit tal-jiem wara, lejn id-Dipartiment tas-Sajd.

Dan m’hu xejn għajr transfer vendikattiv fil-konfront tiegħi minħabba l-kandidatura tiegħi mal-Partit Nazzjonalista u l-Forza Nazzjonali fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet. 

Dan hu wkoll eżempju konkret ta’ kemm l-għaqda nazzjonali li tant tkellem dwarha l-Prim Ministru lejliet u wara l-aħħar elezzjoni ġenerali hi ħrafa mill-bidu sal-aħħar. Hi ħrafa wkoll il-wegħda li ‘tista’ ma taqbilx magħna imma tista’ taħdem magħna’. F’dan il-każ, għalkemm politikament ma naqbilx mal-partit fil-Gvern, ridt naħdem fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi, iżda ma ridunix u għamlu vendikazzjoni miegħi.

Jekk dan it-transfer sar bil-għan li jien nieqaf nikritika lill-Gvern fejn ikun hemm bżonn, b’mod partikolari f’temi bħall-governanza u l-ambjent, l-għan tiegħu falla. Jekk xejn, dan it-transfer kompla jsaħħaħ id-determinazzjoni tiegħi biex nassigura li pajjiżna verament ikun tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, u mhux ta’ klikka korrotta li tiprova tagħlaq ħalq kulħadd. 

Fil-fatt, jien wasalt għad-deċiżjoni li nippreżenta l-protest ġudizzjarju għaliex nemmen li jkun min ikun fil-Gvern, il-ħaddiema tas-Settur Pubbliku għandhom kollha jingħataw l-istess opportunità, irrelevanti liema partit politiku jappoġġjaw. Is-Settur Pubbliku qiegħed hemm biex ikun ta’ servizz lejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu u m’għandux jintuża politikament biex isiru vendikazzjonijiet mal-ħaddiema mill-partit fil-poter”.

Inheggu lill kull min sofra jew qed isofri xi ingustizzja fuq il-post tax-xoghol, jew anke f’affarijiet ohra jibghatilna email bid-dettalji fuq editor@maltawinds.com . Bhal dejjem, il-kunfidenzjalita’ tigi rispettata f’kull stadju. Ghandna hafna aktar stejjer li se nxandru fil-granet u l-gimghat li gejjin.