Min Hu Silvio Scerri?

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/07/26/min-hu-silvio-scerri/

Jekk tfittex fuq google, jitilghu pataflun artikli Ii juru min huwa Silvio Scerri.  Ahna gbarna tali artikli sabiex nurukhom min hu verament dan il-bniedem.

Il-gazzetta The Sunday Times kienet xandret storja fejn, waqt attivita’ tal-MTV, Silvio Scerri kien ordna lill-pulizija sabiex jarrestaw lil John Muscat minhabba li dan tal-ahhar ma halliex lil habiba ta’ Scerri tidhol fil-VIP minhabba li ma kelliex il-permessi necessarji.  John Muscat kien il-persuna responsabbli mis-sigurta tal-MTV u ghalhekk kien qed jaghmel xogholu.  Scerri beda jghajjat ma’ wicc Muscat u jghidlu ‘Int taf min jien? Taf? Taf lil min qed tkellem?’  Il-pulizija obdew l-ordni ta’ Scerri w arrestaw lil Muscat.  Dak iz-zmien Scerri kien ic-Chief of Staff tal-Ministru Manuel Mallia.  Waqt dan il-incident kollu, hareg bic-car l-abbuz ta’ poter ta’ Scerri, l-arroganza tieghu w l-mod kif jintimida lin-nies.

Dan huwa Silvio Scerri li l-Partit Laburista tant ghandhom fiducja fih li sahansitra tawh political appointment bhala Chief Officer fi hdan Transport Malta.

Skond il-Blog ta’ Daphne Caruana Galizia, Silvio Scerri kien ukoll attakka lil omm uliedu li ghamlet rapport l-ghassa kontrih.  Il-pulizija li kien mexxa c-charges kontra Scerri tawh transfer ghal distrett iehor.  Dan kollu gara fi zmien meta Scerri kien Chief of Staff tal-Ministru Manuel Mallia.  Dan il-kaz johrog bic-car li Scerri ma ghandu l-ebda rispett lejn hadd u ma jiddejjaq xejn jattakka fizikament lin-nisa.

Dan huwa Silvio Scerri li l-Partit Laburista tant ghandhom fiducja fih li sahansitra tawh political appointment bhala Chief Officer fi hdan Transport Malta.

Il-Malta Independent kienet xandret li Silvio Scerri kien tilef kaz ta’ libel li kien ghamel kontra John Bundy.  Dan kien kaz fejn Silvio Scerri beda jichad li b’xi mod kien involut meta Norman Vella gie trasferit minn mal-PBS lura ghall-Ufficcju tal-Immigrazzjoni f’Gunju 2013.  Il-punt interessanti ferm f’dan ir-rapportagg huwa li l-Magistrat Francesco Depasquale ddikjara li huwa difficli ferm li jemmen li Silvio Scerri ma kienx involut fit-transfer ta’ Norman Vella.  Dan jurina li l-magistrat m’emminx lil Silvio Scerri.  Jigifieri li L-Magistrat dearly li kliem Silvio Scerri, fix-xieda tieghu taht gurament fil-qorti, ma kienx is-sewwa.  Dan il-kaz johrog bic-car li Silvio Scerri ma jiddejjaq xejn li ma jghidx is-sewwa anki taht gurament.  Ahseb u ara meta jigi biex jghatti xi bawxata li jkun ghamel jew biex jaghmel xi hsara lil xi hadd.

Dan huwa Silvio Scerri li l-Partit Laburista tant ghandhom fiducja fih li sahansitra tawh political appointment bhala Chief Officer fi hdan Transport Malta.

Il-Moviment tac-Cittadin waslulu rapporti minn Enforcement Officers EOs tal-Awtorita’ tat-Trasport dwar l-agir ta’ Silvio Scerri bhala Chief Officer taghhom.  Il-Moviment huwa nfurmat li Silvio Scerri donnu ma tantx ghandu rispett lejn l-EOs.  Hemm kazijiet li meta EO kellu xi problema jew xi incident, Silvio Scerri qabad u ddecieda awtomatikament li l-EO ghandu tort.  Rari jipprova jisma l-verzjoni tal-EOs qabel ma’ jiddeciedi.  Imma l-aktar li huma dispjacuti l-EOs huwa l-fatt li Silvio Scerri ghandu bizzejed imaqdarhom mal-pullizija.  L-EOs huma mbezza’ u mdejqin ferm fuq il-post tax-xoghol minhabba li jafu li hadd ma jista’ jaghmel xejn fil-konfront ta’ Silvio Scerri.  Kien hemm kazijiet fejn Silvio Scerri hedded lil impjegati tal-awtorita’ li jifthilhom libell, kazijiet ohra fejn infexx jghajjat kemm jiflah m’impjegati tieghu w kellu impjegata mieghu li qabad u nehhiha b’mod li umiljha m’awtorita’ shiha.

L-Ufficcju tar-Rizorsi Umani fl-Awtorita tat-Trasport ghandhom  rapporti t’agir arroganti w/jew t’intimidazzjoni ta’ Silvio Scerri izda ma jistghu jaghmlulu xejn.

Silvio Scerri huwa liabilita’ kbira ghal Gvern Laburista imma ghadhom ma tghallmux minn dak li diga gralhom minhabba dan il-bniedem.  Imma tghid ghaliex dan il-bniedem jithalla dejjem jaghmel li jrid u qiesu ma gara xejn?

Kull min ghandu kazijiet simili jew kazijiet ohra li jirrigwardjaw Dipartimenti tal-Gvern jew Awtoritajiet, iktbulna fuq editor@maltawinds.com.  Kull kaz jinghata mportanza w jigi trattat b’kunfidenzjalita’.  Ahna nafu li c-cittadin ghandu d-drittijiet u qed nippruvaw nipprotegu dawn id-drittijiet li qed jigu mghaffga minn dan il-gvern.