Trid Impjieg Tajjeb? Il-Kwalifiki Ghalxejn

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/07/18/trid-impjieg-tajjeb-il-kwalifiki-ghalxejn/

Ir-rizultati hargu!  U min rcieva r-rizultati tal-iskola, min tal-O Levels u min tal-A Levels.  Il-facebook mimli genituri jiftahru bir-rizultati t’uliedhom.  U hija haga naturali li genitur jiftahar b’uliedu.  Ovvjament, mhux it-tfal kollha jmorru tajjeb u min jaf kemm hemm genituri nkwetati ghax uliedhom m’ghaddewx minn xi ezamijiet.  U min jaf kemm hemm tfal li bkew b’rizultat mhux mixtieq u hemm ukoll dawk li probabbilment ma jimpurthom xejn.

Imma dawn ir-rizultati juru l-holma ta’ hafna zaghzagh li jkomplu jistudjaw u jsiru professjonisti.  Zaghzagh li jridu jirnexxu b’hilithom fil-hajja.  Zaghzagh li ghandhom ambizzjonijiet ta’ xoghol tajjeb li jixraq il-kwalifiki w s-sagrificcju li huma w l-familja taghhom jkunu ghamlu tul is-snin.  U hekk sewwa li jkun imma mhux hekk qed jigri.

Qed naraw issehh rivoluzzjoni fid-dipartimenti tal-gvern u f’entitajiet parastatali.  Mhux veru li min ikollu l-kwalifiki necessarji jilhaq grad u paga li tixraqlu.  Fil-fatt illum il-gurnata, aktar ma tkun kwalifikat w t’integrita professjonali, aktar tigi mwarrab.

Dan il-gvern ma jridx professjonisti.  Irid biss jaghti political appointments lil nies tal-qalba.  Nies li m’ghandhom l-ebda kwalifika.  Nies li l-uniku mezz kif ikollom impjieg tajjeb u paga tajba huwa billi jinhabbu politikament.  U wara ftit dawn donnhom qed isiru tal-post fl-impjieg ukoll!  Ghaldaqstant, tispicca b’xi political appointee li ma jifhem f’xejn u li jrid jikkmanda w jimponi fuq professjonist.  Barraminhekk, professjonist huwa marbut b’warrant u ghaldaqstant jimxi b’integrita fuq xogholu.  Dan il-gvern ma jridx integrita’.  Irid biss tbazwir u tahwid biex jaqdi lil dak u lil iehor li ma jkunx haqqhom.  Il-weghda tal-meritokrazija li ghamlilna l-Prim Ministru kienet biss hrafa.  Ir-realta’ hija ferm differenti.

U mhux hekk biss.  Jekk tinzerta tkun mara, insa li tigi trattata daqs ragel.  Jigifieri li l-ugwaljanza li biha jiftahar il-Prim Ministru wkoll hija hrafa w dahk fil-wicc.

U wkoll, jekk tinzerta li int ex-Nazzjonalist, tant u tant ahjar.  Ghax jilghaquk u joghrkuk kull fejn ghandek.  Jekk int Laburist bil-familja b’kollox, ghid li ser tigi mwarrab u li ser jghidu li int hamallu.  Filfatt, fil-pajjiz qatt ma jaqbillek tkun Laburist.  Dejjem jaqbillek tkun Nazzjonalist.  Fi zmien in-Nazzjonalisti tiehu li trid ghax in-Nazzjonalisti jibzghu ghalihom hafna lin-nies taghhom.  Fi zmien il-Labour mur ghajjat li int ex-Nazzjonalist, anki jekk mhux veru.  U tgawdi dejjem.  Tkun Laburist u ma tgawdi qatt.

U ghalxejn tikteb lil Prim Ministru.  Il-Prim Ministru mhux ser jemmen lilek, cittadin insignifikanti.  Lilek kellu bzonnok biss biex bena sur ta’ 40,000 vot.  Issa ma jimpurtahx aktar minnek.  Il-Prim Ministru jemmen biss il-manipulazzjoni tal-fatti li jaghtuh il-political appointees hbieb tieghu.  Jekk mhux ukoll jikkonvincuh li int xi mignun jew mignuna.

B’dan il-Moviment tac-Cittadin ahna qed nitolbukhom biex tibghatulna l-istejjer taghkom fuq: editor@maltawinds.com . Kull storja tinghata mportanza w tixxandar f’dan il-webportal sabiex il-poplu jibda jirrealizza x’inhi r-realta’ ta’ pajjizna, sabiex individwi jaghmlu kuragg li hemm ahna li lesti li nisimghu l-weggha taghhom w biex forsi xi darba l-Prim Ministru jibda jemmen lic-cittadin komuni w jara x’jaghmel biex isolvi din il-problema li holoq.  Nirrispettaw il-kunfidenzjalita’ ta’ min jiktbilna w l-istejjer jigu rappurtati tali mod li ma tinkixifx l-identita’ tal-individwu.

Nirringrazzjawkom tal-istejjer li qed tibghatu.  Dalwaqt ser inxandru l-ewwel storja li ser thallikom imbellhin bil-krudelta’ tal-political appointees hbieb tal-Prim Ministru.