Nibdew niggieldu flimkien ghall-gustizzja

Facebook
Facebook
RSS
Follow by Email
Google+
http://maltawinds.com/2017/07/06/moviment-tac-cittadin-nibdew-niggieldu-flimkien-ghall-gustizzja/

Gurnalisti ta’ dan il-gurnal elettroniku jircievu nformazzjoni dwar w jinnutaw diversi caplieq ta’ nies f’karigi gholjin.  Jinnutaw ukoll li tali caqlieq rarament isir minhabba nuqqas ta’ kompetenza tal-persuni nvoluti.  Ic-caqlieq isir jew biex jigi agevolat xi hadd b’political appointment jew inkella ghax il-persuna tkun tal-affari taghha wisq biex taqdi l-bzonnijiet tal-esponenti ta’ dan il-gvern.  Biex ma nsemmux ukoll promozzjonijiet li jinghataw lil persuni li ma haqqhomx a skapitu ta’ min haqqu verament.

Dan mhux accettabbli.  Ghaldaqstant b’dan l-artiklu, dan il-gurnal qed iniedi MOVIMENT TAC-CITTADIN.  L-ghan ta’ dan il-moviment gdid huwa li jaghti vuci lic-cittadini kollha li qed ibatu minn xi diskriminazzjoni jew ingustizzja dwar hrug ta’ permessi, promozzjonijiet fuq l-post tax-xoghol u kull haga ohra li timminja d-drittijiet ta’ kull cittadin.  Kull min jixtieq jaqsam maghna l-kaz tieghu jista’ jiktbilna fuq editor@maltawinds.com.   Kull kaz jigi trattat b’kunfidenzjalita’, fejn la jidhru ismijiet u lanqas postijiet tax-xoghol jew dipartimenti nvoluti jekk tali jistghu jippregudikaw il-kaz.  Kull kaz jigi mxandar b’din il-kunfidenzjalita’ fuq is-sit elettroniku ta’ dan il-gurnal sabiex il-poplu Malti jsir konxju mir-realtajiet li qed jinhbew wara faccata ta’ tbissim u kliem helu.  Dan il-gvern wieghed il-meritokrazija fl-2013 u din ma sehhitx.  Dan il-gvern issa wieghed li jwaqqaf l-arroganza tal-klikka tal-qalba izda anki dan ma sehhx.

Flimkien nistghu naghmlu d-differenza.  Il-Prim Ministru huwa maqbud f’nassa ta’ nies qrib tieghu li ghandhom kilba esagerata ghall-poter u li jghaffgu w jkissru lil kull min isibu fin-nofs u li jarawh ta’ xkiel ghall-pjanijiet malizzjuzi taghhom.  Dan mhux xejn ghajr dittatorjat f’pajjiz li huwa parti mill-Unjoni Ewropeja li hija mibnija fuq principji demokratici w ta’ liberta’ tal-espressjoni.  Dan huwa zvilupp ferm inkwetanti w li jehodna lura ghal zminijiet fejn kellna dlam fl-Ewropa.  Dlam ta’ manipulazzjoni ta’ popli kontra razez jew gruppi ta’ minoranza.

Ghadna kif rajna u smajna lill-Onor Owen Bonnici jipprova jiggustifika li ta’ transfer lil tnejn minn nies li kienu qed imexxu l-organizzazzjoni tal-Valletta 18.  Dan ipprova jikkonvinci lill-poplu li dan ic-caqlieq sar ghall-gid ta’ dawk involuti.  Dan mhux minnu.  Dan kollu manipulazzjoni tal-poplu biex minghalih jghatti x-xemx bl-gharbiel.

B’dispjacir smajna wkoll dwar ir-rizenja tal-Perit Ruben Abela minn Kap Ezekkutiv tal-Awtorita’ Dwar l-Ambjent u Rizorsi wara nqas minn sena fil-kariga.  Kull min jaf lil Perit Abela, jaf li huwa ragel ta’ integrita’ kbira w li m’ghandux ghalfejn jibza’ milli jieqaf ghal dak li jemmen fih.  Jimxi skond il-ligijiet u r-regolamenti tal-pajjiz w tal-Unjoni Ewropeja.  Ma jibzax jghid LE ghal dak li huwa hazin.  Dawn huma kollha kwalitajiet li dan il-gvern iqis bhala theddida sabiex jilhaq l-ghanijiet ta’ dawk tal-qalba.  Dan il-gvern ma jridx nies ta’ dan it-tip.

U l-kaz taz-zewg ufficcjali Nglizi tal-FIAU.  Min tahseb li emmen li tnehhew ghax kienu fil-perjodu tal-probazzjoni?  U tghidx ma nemmnux ukoll li kienu huma li kixfu d-dokumenti!!!!  U ma tarax.  Il-poplu mhux bahnan.

U ma ninsewx iz-zewg Kummissarji tal-Pulizija tal-affari taghhom immens li rrizenjaw f’daqqa wahda.  Qed nirreferi ghal Dott Peter Paul Zammit u ghas-Sur Michael Cassar.  Dawn it-tnejn huma maghrufa ghall-integrita’ w serjeta’ fuq xogholhom.  Dawn ma rrizenjawx b’kumbinazzjoni w lanqas ma rrizenjaw ghalxejn.

Malta qed titlef l-ahjar nies li ghandha minn karigi gholjin fejn jittiehdu l-ghola decizjonijiet ghall-pajjiz.  Dan huwa ta’ dannu rreparabbli ghal pajjizna.  Din hija t-triq li qed tigi mwittija sabiex dawk tal-klikka tal-Prim Ministru jghaddu romblu minn fuq kollox u minn fuq kullhadd.  U issa aktar minn qatt qabel ghax ghandhom l-arja ta’ 40,000 vot tonfhilhom fil-qlugh tal-bwiet taghhom.

Flimkien nistghu niggieldu dan l-abbuz istituzzjonalizzat u niggieldu ghall-gustizzja w meritokrazija li ghandna dritt ghaliha.

Nistennew minghandkom.  Ahna ser inkunu l-vuci tac-cittadini kollha.